Lokali
Il-Qorti tgħid li l-eks Avukat Patrick Spiteri nżamm arrestat illegalment

Id-drittijiet fundamentali tal-eks avukat Patrick Spiteri nkisru wara li meta gie estradit lejn Malta mir-Renju Unit, baqa’ miżmum arrestat illegalment għal xhur sħaħ.

F’rikors f’isem Spiteri mressaq mill-Avukati Stefano Filletti, Mark Refalo u Sarah Grech il-qorti sabet li Spiteri nżamm arrestat anke jekk ma nħariġx mandat nazzjonali ta’ arrest għalih.

Spiteri, qed jiffaċċa akkużi ta’ frodi u miżaproppjazzjoni li jlaħħqu s-seba’ miljun ewro u nofs, f’każ li jmur lura għall-2008.