Qorti
Il-Qorti tiċħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-aħwa Degiorgio

Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ George u Alfred Degiorgio, li flimkien ma’ Vince Muscat qed ikunu akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Dan wara li l-aħwa ppreżentaw talba biex jinħelsu mill-arrest. Madankollu l-Qorti ċaħdet din it-talba għax qalet li l-għadha ma nqabditx l-għanqbuta kollha u li jista’ jkun għad hemm terzi persuni li għadhom ma ġewx identifikati.

Nhar il-Ġimgħa li għadda, l-avukat tal-aħwa kien qal li l-akkużati lesti jsegwu kwalunke kundizzjoni li timponi l-Qorti nkluż li jilbsu brazuletta elettronika li biha jiġu segwiti l-passi tagħhom mill-awtoritajiet. Madankollu, id-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia kien qal li l-Qorti ma tistax timponi din is-sistema għax m’hemmx qafas legali għal dan. Argumenta li għalkemm b’din is-sistema l-awtoritajiet ikunu jaf fejn jinsabu l-akkużati, mhux se jkun jafu ma’ min qed jiltaqgħu. Dwar l-intraċċ tal-provi, l-avukat prosekutur qal li l-investigazzjoni fil-qtil tas-sinjura Caruana Galizia għadha għaddejja u qed jiġu investigati persuni oħra.

Ara wkoll:

Tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra t-tliet akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne qal li fl-aħħar 24 siegħa ma kien irreġistrat ebda każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta. Fuq Twitter Dr Fearne qal li “għax qbadna…

COVID-19

It-tabib tal-emerġenza, Michael Spiteri esprima d-diżżapunt tiegħu fuq il-media soċjali għall-fatt li lbieraħ filgħaxija partitarji tal-Floriana inġabru f’attività tal-massa fuq il-Fosos, sabiex jiċċelebraw id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol li vvutaw…

Aktar