Qorti
Il-Qorti tiċħad talba biex jitkompla xogħol ta’ kostruzzjoni fis-sit fejn iġġarfet dar Miriam Pace fil-Ħamrun

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud ma laqgħetx it-talba tal-iżviluppaturi biex ikomplu bix-xogħol fis-sit biswit fejn kienet id-dar ta’ Miriam Pace fil-Ħamrun, li fit-2 ta’ Marzu iġġarfet u radmet lil Pace ta’ 54 sena.

Huma għamlu din it-talba għax qalu li se jiskadu diversi arranġamenti preliminari ta’ units li għandhom jinbnew fil-kumpless. Il-Qorti iżda qalet li l-arranġamenti jistgħu jistennew u jekk hemm bżonn jiġu mġedda.

It-talba saret minn MCZMC Developers Ltd hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni kontra il-perit tal-proġett Roderick Camilleri, il-perit Anthony Mangion li serva bħala t-technical officer tas-sit, il-kuntrattur responsabbli mill-iskavar Ludwig Dimech u l-ħaddiem tal-kostruzzjoni Nicholas Spiteri. Huma jinsabu akkużati bil-qtil involontarju ta’ Miriam Pace.

Talba oħra li l-Qorti ċaħdet kienet tal-kuntrattur sabiex jieħu lura l-makkinarju li għadu fis-sit. Il-Qorti laqgħet it-tielet talba biex avukati difensuri u esperti li jqabbdu huma jkollhom aċċess għas-sit taħt superviżjoni stretta mill-Qorti u mill-pulizija kif ukoll skont il-kundizzjonijiet imposti mill-Qorti.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-festa tal-Assunta taħbat ma’ anniversarju li l-poplu Malti ma jinsiħ qatt. Wara xhur jgħix fil-ħerba u l-faqar tal-gwerra l-festa tal-Assunta tal-1942 sabet lill-poplu Malti f’salib it-toroq – bejn l-għadu u…

Qorti

Elliot Paul Busuttil ta’ 36 sena minn Ħ’Attard baqa’ jinżamm arrestat wara li fil-Qorti kien akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ Emil Vassilev Marinov Bulgaru ta’ 57 sena li joqgħod Birkirkara….

Lokali

Malli bdew jitħabbru d-dettalji u r-restrizzjonijiet fuq il-festi minħabba l-pandemija, il-kmamar tan-nar u l-każini tal-baned ta’ diversi ibliet u rħula kellhom ibiddlu l-pjani tagħhom. Żorna l-Qrendi u l-Mqabba li fil-festa…

Qorti

Olandiż ta’ 22 sena, li jinsab fuq btala f’Malta kien akkużat  li għall-ħabta tat-3.30am wettaq ħsara konsiderevoli fl-ATM tal-HSBC f’San Ġiljan. Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, bid-difiża tgħid li mar…

Aktar