Qorti
Il-Qorti tiddikjara li nkisru d-drittijiet ta’ Yorgen Fenech

Il-Qorti Kostituzzjonali sabet li d-drittijiet fundamentali ta’ Yorgen Fenech inkisru meta ma tkomplietx il-kumpilazzjoni kontrih wara li ħareġ l-avviż legali li bih ġew sospiżi s-seduti tal-qorti ħlief f’każi urġenti.

L-Imħallef Lawrence Mintoff iddeċieda li d-drittjiet tas-Sur Fenech inkisru minħabba s-sospensjoni tax-xogħol fil-qorti, ma ssuktatx il-kumpilazzjoni li fiha jinsab mixli li ppjana l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. L-Imħallef Mintoff qal li l-kumpilazzjoni tax-xhieda trid titkompla u fil-fatt is-seduta li jmiss ser isir nhar it-Tnejn.

Il-Qorti qalet li persuna arrestata li tkun għadha preżenta innocenti għandha d-drittijiet tagħha u l-Qorti tqis li din hija kawża urġenti li għandha tkun trattata kif jipprovdi l-istess avviż legali li bih ġie sospiż ix-xogħol tal-Qorti. Il-Qorti qalet li s-Supretedent tas-Saħħa Pubblika kellha tagħmel analiżi tar-riskju u mhux tħalli f’idejn il-ġudikanti biex jiddeċiedu liema kawżi kellhom isiru u liema le.

L-Imħallef Mintoff qal li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ma kellux jistrieħ fuq l-avviż legali u kellu jibgħat l-att tal-kumpilazzjoni lill-Qorti.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Darryl Luke Borg ta’ 34 sena ġie kkundannat għal disa’ xhur ħabs wara li nstab ħati li nġurja lil ommu, kiser ordni ta’ protezzjoni mposta mill-Qorti sabiex ma jersaqx qrib…

COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ħareġ każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, wara li saru 809 swab test. Dan huwa każ lokali li feġġ fil-komunità, bil-persuna infettata li ma kellhiex sintomi. Il-Ministeru għas-Saħħa…

Qorti

Annise Bejaoui ta’ 31 sena ntbagħat tliet snin u sitt xhur ħabs filwaqt li tilef garanzija personali ta’ €10,000 wara li nstab ħati ta’ tentattiv ta’ serq kif ukoll bi ħsara volontarja…

Turiżmu

Malta ġiet ippremjata b’ Connoisseur Circle Hospitality Award bħala l-aqwa destinazzjoni kulturali din is-sena. It-tim tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fil-Ġermanja rċieva l-unur tal-Cultural Getaway of the Year 2020, bħala l-aħjar destinazzjoni…

Aktar