Qorti
Il-Qorti tilqa’ t-talba għar-rikuża tal-Imħallef Mizzi mill-każ tal-Panama Papers

Il-Qorti llum laqgħet talba biex l-Imħallef Antonio Mizzi ma jkomplix jippresjedi f’kawża b’rabta mal-Panama Papers.

It-talba saret mill-ex Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fis-sede Kostituzzjonali tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, wara li l-Imħallef Mizzi rrifjuta li jirrikuża ruħu.

Il-Qorti qieset li l-fatt li l-Imħallef Mizzi huwa miżżewweġ lill-MEP Marlene Mizzi mhuwiex biżżejjed biex jirrikuża ruħu, iżda magħdud mal-fatt li l-MEP Mizzi kienet ikkummentat dwar il-Panama Papers, dan kien se jqajjem dubju dwar jekk il-ġustizzja kinitx se tidher li qed issir.

Fl-istess waqt il-Qorti ma laqgħetx it-talba ta’ Dr Busuttil biex jitnaqqas iż-żmien li fih jista’ jsir appell, u qalet li dan kien se jinżamm għal 20 jum mis-sentenza bħal ma hija l-prassi.