X

Il-Qorti tilqa’ talba tal-Għaqda Repubblika biex issir inkjesta dwar it-trasferiment tat-3 sptarijiet

Story Published

Il-Qorti tal-Maġistrati laqgħet talba tal-Għaqda Repubblika biex issir inkjesta dwar it-trasferiment tat-tliet sptarijiet lill-kumpanija Vitals Global Health. L-Għaqda talbet li ssir din l-inkjesta biex tistabilixxi jekk kienx hemm kompliċità kriminali mill-Ministri Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona fl-għoti ta’ dan il-kuntratt li dwaru għaddejja kawża oħra fil-Qorti mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrain Delia li min-naħa tiegħu talab li l-kuntratt jiġi ddikjarat null.

B’reazzjoni għad-digriet tal-Qorti tal-Maġistrati, tliet ministri qalu fi stqarrija li l-Qorti ma daħlitx fil-mertu tal-każ rreferiet biss l-allegazzjoni lill-Maġistrat inkwerenti. Waqt li ddiskrivew l-allegazzjonijiet bħala spekulattivi u mottivati politikament, qalu li ser jappellaw kontra d-digrieti biex jiġi rivedut.