Qorti
Il-Qorti tordna kumpens għall-inċident li kellu Owen Bonnici

Il-Qorti Ċivili ppreseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff, ordnat lill-Ministru Owen Bonnici jħallas is-somma ta’ kważi €67,000 lil raġel li laqat bil-karrozza privata tiegħu f’inċident li seħħ fl-2014.

Fl-inċident Alies Abdulhadi li dak iż-żmien kellu 26 sena ntlaqat mill-karozza tal-Ministru Bonnici, waqt li kien wieqaf maġenb il-karozza tiegħu barra l-mini ta’ Santa Venera. Il-karozza ta’ Abdulhadi kienet waqfet minħabba li żviluppatilha xi ħsarat.

Fl-inċident, Abdulhadi kien kiser parti minn saqajh. Il-Ministru Bonnici kien ġie eżonerat minn kull responsabiltà kriminali dwar il-każ, bil-kawza tkompli u tiġi deċiża fil-Qorti Ċivili.

Fi stqarrija il-Ministru Bonnici qal li huwa kien u għadu nxurjat b’mod sħiħ u l-ħlas se jiġi affetwat mid-dar tal-assigurazzjoni skont il-liġi. Qal li fil-proċeduri huwa ma għamilx oppożizzjoni għat-talba għall-ħlas ċivili u dan iffaċilita n-nuqqas ta’ dewmin fil-kawża.

Aħbarijiet Oħra
Toroq

Triq l-Għarnuq fil-Fgura hija l-ewwel triq minn 120, li se jsiru xi xogħlijiet fiha din is-sena, bħala parti mill-proġett tas-seba’ mitt triq residenzjali li se jsir xogħol fihom b’investiment ta’…

Statistika

Riċerka li saret fost persuni b’diżabilità inkluż tfal bl-awtiżmu u persuni bi sfidi mentali, ħareġ li dawn iħossu li m’għandhomx biżżejjed aċċess għal ċertu servizzi. Ir-riċerka li saret mill-Fondazzjoni Inspire…

Kronaka

Tfajla ta’ 19-il sena mid-Danimarka spiċċat misruqa lbieraħ fil-23:30, fil-Gżira. Is-serqa seħħet fi Triq ir-Rebħa, fil-Gżira meta raġel allegatament heddidha b’oġġett jaqta u bil-ponta waqt li kienet qed tpejjep barra…

Aktar