Lokali
Il-Qorti tordna li dar ta’ koppja tiġi stmata mill-ġdid qabel tinbiegħ mill-bank

Koppja li l-proprjetà tagħhom se tiġi rkantata mill-bank ingħataw raġun mill-Qorti wara li talbu li ssir stima aġġornata biex tirrifletti l-valur ogħla tal-lum il-ġurnata.

Il-koppja Zarb ma kinux oġġezzjonaw għall-ewwel stima li saret mill-Perit Godwin Abela fl-2012, sabiex il-proprjetà tagħhom tinbiegħ b’subbasta mill-Bank of Valletta. Din is-subbasta iżda baqgħet ma saritx, u l-koppja argumentat li issa li l-bank qed jerġa’ jitlob is-subbasta, għandha ssir stima oħra.

Il-bank oġġezzjona għax sostna li bil-liġi l-istima li ssir mill-perit ma tistax tiġi attakkata.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Mark Chetcuti, ma qablitx li t-talba tal-koppja hi skorretta jew abbużiva. Il-Qorti qalet li hija l-liġi stess li tgħid li l-istima għandha ssir fi żmien qasir, u dan biex ikun rifless il-valur ġust tal-proprjetà.

Il-Qorti żiedet tgħid li huwa fatt magħruf li l-proprjetà immobbli żdiedet fil-valur fl-aħħar snin, u ġaladarba l-bank jista’ jitlob li jipparteċipa fil-bejgħ, il-Qorti “obbligata li tassigura level playing field.”

It-talbiet tal-koppja kienu għalhekk milqugħa, bil-Qorti tordna li ssir stima ġdida fi żmien xahrejn, li iżda l-ispejjeż tagħha jridu jintrefgħu mill-istess koppja.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Persuni li l-ġimgħa li għaddiet żaru ċ-ċimiterju tal-Addolorata f’Raħal Ġdid stqarrew ma’ tvm.com.mt li baqgħu ddiżgustati bl-iskart goff mormi barra dan iċ-ċimiterju. L-iskart intlemaħ barra l-ħitan taċ-ċimiterju, mid-daħla ta’ Triq…

Lokali

Fl-intervent tiegħu llum fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kkritika s-sitwazzjoni fil-Korp tal-Pulizija li qal ġie żarmat mir-riżorsi bit-tluq ta’ diversi uffiċjali għolja u fl-istess waqt qal li daħlu 27 pulizija…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar il-pjan tal-Gvern għall-Airmalta meta kien qed jindirizza l-Parlament.  Huwa appella għal ftehim mal-unions għax wissa li l-pjani tal-Gvern għat-tkabbir tal-Air Malta ma jkunx sostennibli…

Lokali

Fil-jiem li għaddew bosta kkummentaw fuq il-media soċjali dwar l-inkonvenjent li ħoloq vann meta kien qed jimblokka l-bankina fi Triq it-Torri tas-Sliema. Jirriżulta li l-vann tħalla pparkjat mill-iktar żoni ffrekwentati…

Aktar