Kronaka
AĠĠORNAT – Charlene Galea tinstab qawwija u sħiħa

Mara Maltija rritornat id-dar qawwija u sħiħa wara li kienet għebet għal ħin twil, bil-qraba li bdew  jappellaw għal kull informazzjoni li tista’ twassal għas-sejbien tagħha.

Charlene Galea, li għandha 34 sena, ilbieraħ qalet li kienet tielgħa Għawdex ma’ ħabib tagħha. Kienu għall-ħabta tas-1.50 ta’ filgħodu l-aħħar li għamlet kuntatt ma’ xi ħadd mill-ħbieb tagħha.

Minn dak il-ħin il-mobile tagħha ntefa, u anki dak tal-ħabib tagħha li miegħu kellha titla’ Għawdex.

Ħu Charlene, Stephen, qal lil TVM li dan l-aġir min-naħa t’oħtu mhux normali, għaliex dejjem titkellem kontinwament m’ommhom, u fejn tmur dejjem tieħu ħsieb li ma tispiċċax mingħajr battrey tal-mobile.

Madanakollu fl-aħħar ħin jidher li Galea rritornat id-dar.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Garaxx ħa n-nar fis-Swatar. TVM infurmat li l-garaxx jinsab fi Triq Borg Olivier. Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.  

Partit Nazzjonalista

Il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għas-Saħħa Dr Stephen Spiteri ħeġġeġ lill-Gvern li jekk hemm bżonn jirrevedi l-mod kif tinxtara l-mediċina li titqassam b’xejn minħabba li pazjenti tfal li jbatu bil-kundizzjoni tal-ADHD qed…

Għawdex

Bejn Awwissu u Settembru ta’ din is-sena se jittella’ ċ-Ċittadella Arts Festival f’Għawdex. Dan il-festival qed jiġi organizzat minn DCapitals Big Band bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex u ta’ Malta Arts Council…

Lokali

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-bini ta’ blokok residenzjali f’San Vinċenz de Paul, fil-limiti ta’ Ħal Luqa. Dawn l-erba’ blokok residenzjali mistennija jakkomodaw mal-490 resident. Il-proġett huwa mifrux fuq 16,500 metru kwadru…

Aktar