Lokali
Il-Qriema Bastjaniżi jiċċelebraw l-Għid b’aħbar dwar il-parroċċa

Festa doppja għall-Qriema fil-Parroċċa ta’ San Bastjan, li f’Jum l-Għid irċevew l-aħbar li l-Arċisqof ddeċieda li l-parroċċa tagħhom tingħata t-titlu ta’ Arċipretali.

Il-parruċċani nġemgħu b’ħeġġa biex jiċċelebraw l-Irxoxt, bi statwa tal-kartapesta li nħadmet minn Ġlormu Dingli li turi lil Kristu b’ħarstu merfugħa lejn is-sema. Il-membri tal-Iscouts animaw il-purċissjoni bid-daqq tat-tnabar minn tfal ta’ etajiet differenti.

L-Arċipriet, Dun Karist Zammit, kien man-nies iqassam il-ħelu taċ-ċikkulata lit-tfal tal-paroċċa. Dun Karist qal “bir-raġun ta’ dan il-ferħ, għax il-verità sabiħa li Ġesù msallab imma qam rebbieħ”.

Il-festa tal-Irxoxt tfisser ħafna għall-membri tat-tliet fratellanzi fi ħdan din il-parroċċa, b’uħud minnhom ilhom fratelli ħafna snin.

Il-purċissjoni apprezzata wkoll min-nies ‘il barra mill-lokalità ta’ Ħal Qormi.

F’San Bastjan, Ħal Qormi, ir-reffiegħa kellhom sfida iebsa għaliex ġrew bl-istatwa darbtejn, bl-iktar waħda difficli meta telgħu b’ġirja sħiħa t-taraġ taz-zuntier. Emozzjoni kbira kemm għalihom u għan-nies li segwew u b’messaġġ qawwi li tagħti din l-istatwa għax wara tant tbatija Kristu ħareġ rebbieħ.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li ma jaħsibx li l-Partit Nazzjonalista se jitlef l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Intervistat fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista, Dr Delia qal li n-nies se jkollhom għażla bejn…

Ambjent

Żewġ studenti tal-Junior College, Marie Therese Pavia u Aidan Gauci ħadmu fuq produzzjoni awdjo-viżiva bħala parti mill-kampanja Young Reporters for the Environment (YRE) bil-għan li jqajmu għarfien dwar il-ħamrija fil-gżejjer Maltin. Il-ħamrija…

COVID-19

Is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Patricia Scotland, ferħet lill-Gvern Malti għal mod kif ikkontrolla l-imxija tal-Covid-19. Qalet li Malta kienet l-aqwa fl-Ewropa biex ipproteġiet liċ-ċittadini tagħha. Isma l-messaġġ tagħha hawn:

COVID-19

Illum ġew irrapportati 2 każijiet ġodda wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,374 swab test. Skont l-aħħar aġġornament ippubblikat mill-Ministeru għas-Saħħa fuq Facebook, fiequ 11-il persuna oħra. Dan ifisser li…

Aktar