Kronaka
Il-qtil ta’ DCG: Rapport minn Reporters Without Borders u The Shift News

Lejlet it-tieni anniversarju mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia tnieda rapport imħejji minn Reporters Without Borders u The Shift News dwar ċ-ċirkostanzi li fihom seħħ il-qtil, l-investigazzjoni li saret dwaru, ir-reazzjoni internazzjonali għall-qtil u l-passi urġenti li jeħtieġ li jittieħdu biex issir ġustizzja.

Reporters Without Borders, rappreżentant tal-OSCE fuq il-media ħielsa u d-Direttur tal-Fondazzjoni Ġustizzja għall-Ġurnalisti sejħu għal azzjoni konkreta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. F’konferenza tal-aħbarijiet, qalu li sal-lum il-familja Caruana Galizia għadha qed taffaċċja 26 kawża ta’ malafama u appellaw biex il-Prim Ministru u uffiċjali oħra jwaqqgħu dawn il-kawżi. Il-kelliema kkritikaw il-fatt li tifkiriet tal-vittma f’riġlejn il-monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt qed jitneħħew.

Ir-rappreżentant tal-OSCE fuq il-media ħielsa, Harlem Désir qal li laqgħa li kellu mal-Prim Ministru tħassret. Fil-preżenza ta’ qraba ta’ Daphne Caruana Galizia, fosthom il-ġenituri tagħha, qal li hija saret simbolu ta’ kuraġġ.

Il-media ngħatat rapport imħejji minn Reporters Without Borders u The Shift News li jallega li ħarġu aktar fid-deher in-nuqqasijiet f’Malta, li ppermettaw li tinqatel ġurnalista u li qed ikomplu jxekklu l-isforzi biex issir ġustizzja. Skont ir-rapport, l-impunità f’dan il-każ għandha implikazzjonijiet perikolużi għas-sigurtà tal-ġurnalisti, il-libertà tal-istampa u d-demokrazija mhux biss f’Malta imma madwar l-Ewropa u lil hinn.

Iż-żewġ għaqdiet rakkomandaw lill-awtoritajiet Maltin biex fost oħrajn li mingħajr dewmien isiru investigazzjonijiet kriminali effettivi u trasparenti dwar dan il-qtil u jiżguraw li l-ġuri tat-tliet persuni mixlija li wettqu d-delitt isir b’mod ġust u mingħajr dewmien.

Intant, fuq talba ta’ Reporters Without Borders, rappreżentanti tal-organizazzjoni ltaqgħu mal-Prim Ministru Joseph Muscat, u ddiskutew il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u s-sitwazzjoni tal-media f’Malta. L-Uffiċċju tal-Prim Ministru qal li l-laqgħa kienet opportunità għal diskussjoni libera u bdil ta’ ideat bejn iż-żewġ delegazzjonijiet. Id-delegazzjoni tal-gvern kienet tinkludi lill-Ministri Owen Bonnici u Carmelo Abela, u l-Avukat Ġenerali, Peter Grech.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Mara ta’ 57 sena li toqgħod is-Swieqi weġġgħet gravi wara li ġiet milquta minn vettura fis-Swieqi. Il-Pulizija qalet lu l-inċidident fi Triq il-Ħemel seħħ għall-ħabta tal-4.30pm. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq…

Qorti

Kleaven Agius ta’ 24 minn Ħaż-Żabbar, li s-Sibt li għadda ġie arrestat waqt rejd tad-droga f’Birżebbuġa, wieġeb li mhux ħati li kien fil-pussess ta’ ammont konsiderevoli ta’ droga f’ċirkostanzi li…

Parlament

Il-Kamra tad-Deputati qed tiddiskuti fit-tieni qari abbozz ta’ liġi dwar iċ-ċittadinanza li qed twettaq riforma dwar l-iskemi ta’ residenza u l-għoti taċ-ċittadinanza Maltija. Is-Segretarju Parlamentari responsabbli miċ-ċittadinanza u l-komunitajiet Alex…

Politika

Il-President tar-Repubblika George Vella ħabbar li Adrian Delia għandu jibqa’ Kap tal-Oppożizzjoni ħalli dan ir-rwol ma jibqax vakanti. Dr Vella kkonkluda li anki jekk Dr Delia tilef l-appoġġ tal-akbar grupp…

Aktar