Il-qtugħ tad-dawl ilbieraħ iħalli impatt fuq is-servizzi tat-telekomunikazzjoni

Il-kumpanija GO qalet li l-qtugħ fil-provista tal-elettriku lbieraħ ħalliet impatt fuq numru ta’ servizzi li toffri fosthom mobile, internet u Interactive TV.

Fuq il-paġna ta’ facebook tagħha, GO qalet li t-timijiet tekniċi tagħha immedjatament bdew jindirizzaw il-ħsarat u baqgħu għaddejjin anki matul il-lejl biex jistabillizzaw is-sitwazzjoni u jassiguraw li l-servizzi reġġgħu lura għan-normal.