Barranin
Il-UNICEF bdiet ħidma biex tgħin lit-tfal maqbuda fiċ-ċirkostanzi traġiċi li ħalliet warajha l-isplużjoni f’Beirut

It-traġedji jħallu dejjem vittmi innoċenti. L-istess l-isplużjoni ta’ nhar it-Tlieta fil-port tal-kapitali Lebaniża, Beirut, li tertqet belt sħiħa u ħalliet daqs ftit inqas mill-popolazzjoni ta’ Malta mingħajr saqaf fuq rashom fosthom eluf ta’ tfal. Il-UNICEF bdiet ħidma biex tgħin lil dawn it-tfal maqbuda f’dawn iċ-ċirkostanzi traġiċi.

“The air is suffused with dust, and there are concerns that this may be toxic especially for children.”

Huwa stmat li hemm mitt elf tifel u tifla fost dawk midruba jew li spiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom wara l-isplużjoni devastanti f’Beirut li ħalliet ħerba sħiħa. Id-djar li ħelsuha mit-tiġrif totali spiċċaw mingħajr is-servizzi essenzjali ta’ elettriku u ilma filwaqt li sptar li kien jispeċjalizza fil-kura ta’ trabi ġodda, inqered totalment. Quddiem din it-traġedja, il-UNICEF – il-fond tat-tfal fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda, qiegħda f’ġirja kontra l-ħin biex tagħti l-ewwel għajnuna lit-tfal li spiċċaw b’ta’ fuqhom senduqhom f’dan id-diżastru bla kejl.

”Sixteen other primary healthcare centres serving some 160,000 people have sustained some damage. Ten containers of personal protective equipment, including hundreds of thousands of gloves, gowns, masks that was just procured by the ministry of public health for the COVID response were destroyed.”

Fl-isfond ta’ din it-traġedja li kompliet tefgħet lil-Libanu f’morsa ta’ tbatija – maqbuda bejn ekonomija dgħajfa u l-pandemija tal-COVID-19 – dimostranti u pulizija lbieraħ filgħaxija ġew wiċċ imb wiċċ waqt dimostrazzjonijiet li saru fejn folol akkużaw lill-gvern Lebaniż bi traskuraġni li waslet biex tliet elef tunnellata nitrat tal-ammonju maħżuna fil-port ta’ Beirut, jisplodu u jeqirdu kważi belt sħiħa. Il-pulizija kellha anke tuża l-gass tad-dmugħ biex tferrex id-dimostranti.

Sadattant, kompliet it-tfittxija għal iktar nies li spiċċaw maqbuda taħt it-terrapien u li għadhom mitlufa. In-numru ta’ vittmi kompla tiela’ u laħaq il-150 b’ħames t’elef persuna oħra midruba bi tliet mitt elf persuna spiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom.

Aħbarijiet Oħra

Fl-Italja mas-70% tal-poplu vvota biex inaqqas id-daqs tal-Parlament tal-pajjiż b’aktar minn terz. Dan ifisser li l-għadd ta’ Membri Parlamentari jonqos minn 634 għal 400. Ma’ dan se jiċkien ukoll is-Senat.  B’kollox…

Minn tal-inqas terz mill-270 balena li telgħu max-xatt f’Tasmania mietu u hemm il-biża’ li se jmutu aktar. Bijoloġisti marittimi qed jaħdmu qatigħ u jagħmlu milli jistgħu sabiex isalvaw il-baleni. Sa…

Min-nhar il-Ħamis li ġej fl-Ingilterra, il-pubs, barijiet, ristoranti u stabbilimenti turistiċi se jkollhom jagħlqu fl-għaxra ta’ filgħaxija minħabba l-bżonn li tiġi kkontrollata l-imxija tal-Covid-19. Bil-liġi kull settur tal-ospitalità jrid iservi…

Fl-Indja fetaħ mill-ġdid għat-turisti t-Taj Mahal wara 6 xhur magħluq minħabba l-pandemija. Dan l-iżvilupp seħħ minkejja li l-Indja hu l-agħar pajjiż milqut mill-imxija.Bħalissa fl-Indja hemm iktar minn 5 miljun persuna…

Aktar