COVID-19
Il-vaċċin tal-Johnson & Johnson jibda jitqassam fl-Ewropa mil-lum

Mil-lum il-kumpanija Johnson & Johnson mistennija tibda tqassam fl-istati tal-UE l-vaċċin Jansen.

Il-kumpanija u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ftehim li permezz tiegħu trid tagħti lill-pajjiżi tal-UE 55 miljun vaċċin sal-aħħar ta’ Ġunju.

Il-vaċċin jingħata f’doża waħda bl-effiċjenza tiegħu tvarja minn 66.3% fi żmien 14-il jum mindu tingħata għal 93.1% f’dik li hija effiċjenza biex iżżomm lin-nies milli jidħlu l-isptar u 75% biex persuna ma tmutx.

L-istess vaċċin instab li huwa effettiv anke għall-varjanti tal-Afrika t’Isfel u l-Brażil.