COVID-19
It-tilqima tal-Moderna approvata għal dawk bejn it-12 u s-17-il sena

L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA) tat l-awtorizzazzjoni biex it-tilqima Spikevax, li qabel kienet magħrufa aħjar bħala l-Moderna, tkun tista’ tingħata lil dawk li għandhom bejn 12 u 17-il sena.

It-tilqima se tingħata bħala tingħata lill-adulti jiġifieri f’żewġ dożi f’temp ta’ erba’ ġimgħat.

Din id-deċiżjoni ttieħdet wara stħarriġ li sar fost 3,732 tifel u tifla li għandhom bejn 12 u 17-il sena.

L-istudju sab li hija effiċjenti f’din il-faxxa ta’ età daqskemm hija effiċjenti f’dawk li għandhom iktar minn 18-il sena.

Anke s-‘side effects’ ewlenin li ġew osservati fit-tfal kienu l-istess bħal dawk fl-adulti.

Fost dawn kien hemm nefħa fl-id, għejja, uġigħ ta’ ras u deni imma f’kull każ dawn kienu moderati.