Barranin
Il-vaċċin Taljan kontra l-COVID-19 jagħti riżultati tajbin ħafna

It-tamiet tal-Italja li tipproduċi l-vaċċin tagħha kontra l-Covid-19 ingħataw spinta kbira ’l quddiem wara li llum il-kumpanija Taljana ReiThera qalet li l-vaċċin tagħha qiegħed iwieġeb tajjeb ħafna kontra l-Covid u m’għandu l-ebda effetti sekondarji ewlenin. Dan fi provi tekniċi li saru waqt it-tieni fażi ta’ dan il-proċess.

Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li l-vaċċin tagħha, intitolat GRAd-COV2, wera li huwa effettiv fost 93% tal-voluntiera li ħadu l-ewwel doża tal-vaċċin tagħha u 99% wara li ħadu t-tieni doża.