Kurżitajiet
Il-vapur Amerigo Vespucci llum se jkun qed idur mal-gżejjer Maltin

Il-vapur bil-qlugħ Amerigo Vespucci, li jifforma parti mill-flotta navali Taljana, llum se jkun qed idur madwar il-gżejjer Maltin.

L-Ambaxxata Taljana f’Malta qalet li l-vjaġġ madwar Malta huwa parti mit-taħriġ tal-istudenti tal-ewwel sena fl-akkademja navali ta’ Livorno.

Il-vapur, li jintuża għat-taħriġ, se jgħaddi minn ħdejn Għawdex u jkompli jbaħħar lejn Malta, sakemm qrib inżul ix-xemx jasal il-Belt.

Fil-Port il-Kbir il-vapur mistenni jagħmel esebizzjoni bid-dwal bis-sehem tal-106 studenti li jinsabu abbord il-vapur.

Wara, l-Amerigo Vespucci jkompli fi triqtu lejn il-Gżejjer Aegadian.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi tmiem laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal…

Kultura

Giuseppe Calì għandu rabta qawwija mal-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt, mhux biss b’xogħlijiet ta’ arti tiegħu imma għax tgħammed u għammed lil uliedu f’din il-knisja. Fl-aħħar sena u nofs sar xogħol ta’…

Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Infrastruttura

Il-proġett tal-parkeġġ pubbliku f’Birżebbuġa, biswit il-Port Ħieles, daħal fil-fażi tal-evalwazzjoni. Fi stqarrija l-Gvern qal li tmien kumpaniji wrew l-interess tagħhom f’dan il-proġett, li se jsir b’investiment ta’ €3.2 miljun mill-Ministeru…

Aktar