Barranin
Il-varjant Brażiljan tal-Covid jinxtered aktar malajr u jaf jevadi s-sistema tal-immunità

F’rapport ta’ SkyNews, intqal li l-istudji li saru tal-varjant Brażiljan tal-Covid juru li dan jaf jinxtered aktar malajr u jaf jevadi wkoll is-sistema immunitorja.

Xjentisti mill-Brażil u r-Renju Unit jaħsbu li dan il-varjant, magħruf ukoll bħala P1, huwa bejn 1.4 sa 2.2 idrabi aktar trasmissibbli mill-verżjonijiet l-oħra tal-Covid-19 li hemm fiċ-ċirkolazzjoni f’Manaus fl-Amazon.

L-istudju ta’ Imperial College London u l-Università ta’ Sao Paolo sab ukoll li dan il-varjant kapaċi jevadi s-sistema ta’ immunità bejn 25% u 61% anke jekk il-persuna tkun diġà kisbet l-immunità minn infezzjoni preċedenti tal-Covid-19.

Fir-Renju Unit 6 persuni nstabu bil-varjant P1 wara li rritornaw riċentament mill-Brażil.