
Barranin
Il-varjant tal-Covid li feġġ fil-Brażil qed iqajjem tħassib kbir
L-awtoritajiet tas-saħħa fil-belt Brażiljana ta’ Manaus jinsabu mħassba bil-kbir hekk kif l-isptarijiet jinsabu għarkupptejhom biż-żieda qawwija ta’ infezzjonijiet marbuta mal-varjant li feġġ fil-pajjiż.
Il-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa qed jappellaw għall-għajnuna hekk kif qalu ħafna persuni qed imutu bin-nuqqas ta’ ventilators u ossiġnu.
Il-varjanti tal-Covid-19 huma potenzjalment aktar perikolużi l-għaliex jinfettaw iċ-ċelloli tal-bniedem aktar malajr, bil-virus jinfirex b’rata aktar mgħaġġla.
Fil-Brażil mietu aktar minn 205,000 persuni bil-Covid-19.