Barranin
Il-varjant tal-Covid li feġġ fir-Renju Unit aktar perikoluż milli maħsub – Boris Johnson

Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson qal li l-varjant tal-Covid li feġġ fir-Renju Unit mhux biss jinxtered b’rata aktar mgħaġġla iżda jaf ikun aktar qattiel.

Dan, il-Prim Ministru Ingliż ħabbru waqt l-aġġornament tas-sitwazzjoni li ġabet magħha l-pandemija fejn mill-istudji li saru, qal li l-evidenza kollha tipponta lejn il-fatt li dan il-varjant huwa ferm aktar perikoluż.

Minkejja dan kollu, s’issa t-tilqim jidher li huwa effettiv anke kontra dan il-varjant.