Reliġjon
Il-Vatikan jeskludi li jbierek iż-żwieġ bejn l-istess sessi

F’digriet li għadu kemm ħareġ, il-Vatikan eskluda li jbierek iż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess għax qal li “Alla ma jistax ibierek id-dnub”.

Huwa ħa din il-pożizzjoni uffiċjali wara mistoqsijiet li rċieva dwar jekk il-Knisja Kattolika kinitx se tasal li tbierek koppji tal-istess sess.

Id-digriet jgħid li hemm differenza bejn li l-Vatikan jilqa’ u jbierek persuni tal-istess sess u li jilqa’ u jbierek iż-żwiġijiet bejniethom.

Il-Vatikan iddeskriva s-sess bejn koppji tal-istess sess bħala “diżordni intrinsika” u mhux parti mill-pjan t’Alla ta’ unjoni bejn mara u raġel bl-intenzjoni li jkollhom it-tfal.