Barranin
Il-Vatikan mhux se jdaħħal nies li mhumiex imlaqqma

Mill-1 t’Ottubru fl-Istat tal-Belt tal-Vatikan jista’ jidħol biss min għandu ċ-ċertifikat tat-tilqima tal-Covid-19.

Dan qalitu l-Kummissjoni Pontifiċja fl-Istat tal-Belt tal-Vatikan fid-dawl taż-żieda ta’ każi ta’ Covid-19 fl-Istat.

Riżultat ta’ dan, anki l-Vatikan se jkun qed jiftaħ il-bibien tiegħu għal min hu mlaqqam biss.

Fi stqarrija, il-Kummissjoni Pontifiċja fil-Vatikan qalet li l-aċċess għall-Vatikan se jkun magħluq għal min mhux imlaqqam. Spjegat, li se jitħalla jidħol biss min għandu l-Green Pass jew riżultat negattiv ta’ Covid-19.

Dan japplika kemm għal min iżur l-Istat tal-Belt tal-Vatikan kif ukoll għal min joqgħod fi ħdanu u għal dawk kollha li jaħdmu fih.

Il-Kummissjoni Pontifiċja fil-Vatikan żiedet li se tagħlaq għajn waħda għal min irid jisma’ l-quddies.