Politika
Il-verżjoni Russa dwar l-ajruplani militari li ma tħallewx itiru fuq Malta

Direttur fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Russja, Maria Zakharova wieġbet għadd ta’ mistoqsijiet dwar il-kwistjoni li tmur lura għall-15 ta’ April, fejn ajruplani militari Russi ma tħallewx itiru fuq l-ispazju tal-ajru Malti.

Zakharova qalet li filwaqt li l-ambaxxata Russa f’Malta talbet skont il-liġi biex ittajjar minn fuq il-gżira 2 ajruplani militari lejn il-Venezwela, din ġiet miċħuda milli tagħmel dan mingħajr l-ebda spjegazzjoni. Hija rrimarkat li għalkemm tali deċiżjonijiet jibqgħu fid-dritt sovran tal-pajjiż, id-deċiżjoni tal-awtoritajiet Maltin tmur ‘il bogħod mill-prattiċi tas-soltu u għalhekk inħolqot mingħajr dubju ċertu ostilità.

Zakharova qalet li din il-kwistjoni r-Russja se tqajjimha waqt relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi. Hija kkummentat ukoll dwar xi artikli li dehru fil-midja Maltija li sejjħitilhom ‘redikoli’. Hija qalet li xi wħud mir-rapporti fil-midja Maltija għawwġu u interpretaw il-kwistjoni b’mod assurd filwaqt li ċaħdet kategorikament li r-Russja se toħroġ b’kampanja biex timmina lill-Gvern Malti waqt jew wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Mejju li ġej.

Hija kompliet tgħid li sfortunatament, din mhux l-ewwel darba li l-pajjiż ħareġ b’akkużi simili fil-konfront tar-Russja u kkritikat bl-aħrax lill-ġurnalisti li għawwġu l-fatti.

Intant, id-Dipartiment tal-Istat tal-Amerkan faħħar lill-Gvern Malti bid-deċiżjonijiet li ħa filwaqt li ħeġġet lil pajjiżi oħrajn jieħdu eżempju minn Malta.

Ara wkoll:

Ajruplani militari Russi ma jitħallewx itiru mill-ispazju tal-ajru Malti – rapporti

Aħbarijiet Oħra
Eurovision

Eliana Gomez Blanco se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest 2019 li se ssir fil-Polonja fl-24 ta’ Novembru. Fit-tieni u t-tielet post ikklasifikaw Leah Cauchi u Martina Cutajar rispettivament….

Statistika

Minkejja ż-żieda fit-traffiku, ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fit-tieni kwart tas-sena bejn April u Ġunju kien hemm tnaqqis żgħir fl-inċidenti tat-traffiku u fil-korrimenti fihom. Iċ-ċifri juru li f’dawn…

Annimali

Dalgħodu kull min kien qed igawdi ġurnata baħar fl-Għadira ħa sorpriża ħelwa hekk kif niżel jgħum man-nies fjammingu. Skont il-BirdLife, il-fjammingi żgħar, għalkemm ipassu mal-adulti, xi kultant jistpiċċaw jitbegħdu mill-grupp…

Kronaka

€15,400 mhux iddikjarati ġew konfiskati mill-uffiċjali tad-dwana fl-Ajruport ta’ Malta. L-uffiċjali waqqfu passiġġier li kien mistenni jitlaq minn Malta b’ammont ta’ flus mhux iddikjarati. Huwa ikkopera mal-uffiċjali fejn aċċetta li jiġu…

Aktar