Trasport
Il-vetturi elettriċi telgħu għal 1,000 – se jiżdiedu l-postijiet fejn tiċċarġja

Matul l-aħħar snin, Transport Malta flimkien mal-Ministeru tat-Trasport nedew diversi skemi fuq ix-xiri ta’ mezzi tat-trasport biex jonqos it-tniġġis tal-arja. Tnejn mill-iskemi li qed jagħtu riżultati huma għax-xiri tal-karozzi elettriċi u l-użu ta’ muturi b’magna żgħira.

TVM tkellem ma’ uffiċjal ta’ Transport Malta dwar l-inċentivi u l-benefiċċji ta’ dawn l-iskemi.

L-iskema għal min jagħżel li jwarrab il-vettura qadima tiegħu mit-triq biex idaħħal waħda aktar ġdida li tniġġes inqas, speċjalment jekk il-karozza tkun taħdem bl-elettriku, qed titqies minn Transport Malta bħala waħda mfittxija ħafna.

Gilbert Agius, Direttur fi ħdan Transport Malta, qal lil TVM li s’issa hawn ‘il fuq minn 1,000 vettura jaħdmu bl-elettriku. Dan qed iwassal biex Transport Malta ssaħħaħ l-infrastruttura, u ser iżżid l-ammont ta’ charging points mal-madwar 100 li diġà hawn bħalissa.

“Qed naħsbu biex inżidu madwar 130 charging point oħra, u 20 minnhom ikunu fast charge, biex dak li jkun jista jiċċarġja l-vettura bejn sagħtejn u tlett sigħat.”

Is-Sur Agius spjega l-inċentivi li żdiedu sew biex iħajjar aktar sewwieqa jagħżlu vetturi li jaħdmu bl-elettriku bħala parti mill-istrateġija biex jonqos t-tniġġis ikkawżat mill-karozzi li jaħdmu bid-diesel jew bil-petrol.

“Il-benefiċċju huwa kbir ħafna għax bażikament ma tħallasx taxxa tar-reġistrazzjoni fuq vettura li taħdem bl-elettriku li se timporta, kemm ġdida u kemm second hand, kif ukoll għandek l-ewwel ħames snin tal-liċenzja li hija b’xejn u mill-ħames sena ‘l fuq tħallas €10.”

Is-Sur Aguis qal li l-Gvern dis-sena alloka €600,000 għal sussidji fuq ix-xiri ta’ karozzi elettriċi li diġà ttieħdu kollha. Qal li Transport Malta applikat mal-Ministeru tal-Finanzi għal allokazzjoni oħra ta’ nofs miljun ewro. Is-Sur Agius qal li diġà għandhom ‘il fuq minn 170 applikazzjoni. Dan ifisser li kull sena l-vetturi elettriċi qed jiżdiedu bejn 150 u 200.

Intant, anke l-iskema li bdiet fl-2016, li tinkoraġġixxi aktar sewwieqa jagħżlu muturi żgħar minflok karozzi, kellha riżultati tajbin.

Gilbert Agius qal li muturi b’magna 125cc, jistgħu jinstaqu wara li s-sewwieqa jkunu segwew kors ta’ tahrig ta’ 10 sigħat. “Illum għandna kważi 8,000 persuna li għandhom din il-liċenzja. Bażikament qed ngħidu li jekk hawn 8,000 li ġabu liċenzja tal-125 qed ngħidu li hawn 8,000 persuna li jista’ ma jużax il-vettura tiegħu, imma qed juża l-mutur.”

Il-muturi b’magna 125cc jistgħu jinstaqu minn kull min ghalaq 18-il sena u għandu liċenzja kategorija B. B’dan il-mod tneħħa l-obbligu ghal liċenzja oħra biex isuq mutur.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

F’vidjo li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali, raġel jidher iwaddab il-petrol fuq karozza u jġibha ħuġġieġa nar. Kelliema għall-Pulizija ikkonfermat ma’ tvm.com.mt li l-każ seħħ il-Ħadd fit-tlieta neqsin kwart ta’…

Tfal

Ġimgħatejn ‘l bogħod mill-Milied, il-professjonisti u l-ħaddiema tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, l-FSWS sibnihom iħejju wħud mill-mijiet ta’ rigali li rċevew mingħand għexerien ta’ benefatturi li laqgħu l-istedina tal-Aġenzija Appoġġ…

Saħħa

Investiment ta’ nofs miljun ewro se jwassal għal-riforma fis-servizz respite għall-familji li jieħdu ħsieb l-anzjani qraba tagħhom f’darhom stess. Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis qal…

Annimali

BirdLife Malta varat kampanja biex il-pubbliku jibda jirrapporta l-‘bird callers’ – apparat elettroniku li jagħmel ħoss ta’ tisfir tal-għasafar u jintuża għall-kaċċa u l-insib. Fi stqarrija BirdLife saħqet li din…

Aktar