Lokali
Il-Viċi Kap tal-PN Robert Arrigo jiddaħħal l-isptar

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo ddaħħal l-isptar.

Skont rapporti, huwa ddaħħal l-isptar minħabba kumplikazzjonijiet li żviluppawlu wara li huwa ġie operat.

F’kitba fuq Facebook, il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech awgurawlu fejqan ta’ malajr.

Fi stqarrija, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia f’ismu, u f’isem il-membri kollha tal-Kamra u l-uffiċjali tal-Parlament, ukoll awgura fejqan ta’ malajr lid-Deputat Arrigo.