Il-Viċi-President ta’ Microsoft responsabbli għall-edukazzjoni għal żjara f’Malta

Anthony Salcito, Viċi-President ta’ Microsoft responsabbli għall-Edukazzjoni fis-Settur Pubbliku madwar id-dinja se jżur Malta nhar it-Tnejn li ġej.

“Dan huwa żmien eċitanti ħafna għas-settur ta’ l-Edukazzjoni f’Malta u Microsoft se tkun qed tagħmel dan iż-żmien ferm iżjed interessanti hekk kif se nkunu qed inniedu diversi inizjattivi ġodda u importanti bħala parti mill-viżjoni tagħna li nħallu impatt fuq il-ħajja tal-Maltin. Iż-żjara ta’ Anthony Salcito f’Malta se tkompli tisħaq l-impenn u l-ħidma li Microsoft qed twettaq f’Malta sabiex tgħin liż-żgħażagħ jiksbu iżjed suċċess, twassal iżjed tkabbir ekonomiku u nkunu minn ta’ quddiem nett fl-Unjoni Ewropea fit-teknoloġija tal-cloud kemm fil-qasam governattiv u dak tas-settur kummerċjali,” ikkummentat Adrianna Zammit, Country Manager ta’ Microsoft f’Malta u Ċipru.

Minbarra li se jkun qed jiltaqa’ mat-tim ta’ Microsoft f’Malta u jżur il-Microsoft Innovation Center, is-sur Salcito se jżur ukoll il-Kulleġġ ta’ Stella Maris li din is-sena hija waħda mill-Lighthouse Schools ta’ Microsoft wara proġett pilota ta’ suċċess li twettaq minn Microsoft flimkien mal-kumpanija Maltija Smart Technologies. L-iskejjel jidħlu jagħmlu parti mill-programm Lighthouse ta’ Microsoft wara li jkunu wettqu inizjattivi sostanzjali sabiex irawwmu ambjent ta’ tagħlim permezz tat-teknoloġija. Dan isir wara li l-iskola tkun ħadet inizjattivi sabiex tgħin lill-istudenti jiksbu kapaċitajiet u jifhmu kemm hu importanti li fid-dinja diġitali ta’ llum, biex tkun kompetittiv hemm bżonn li tkun taf taħdem bit-teknoloġija. Skejjel li jkunu daħlu fil-programm Microsoft Lighthouse Schools, iservu ta’ mudell  sabiex skejjel oħra jifhmu aħjar kif jistgħu jużaw it-teknoloġija biex jitnaqqas id-distakk li jeżisti bejn dawk l-istudenti li għandhom aċċess għat-teknoloġija u dawk li għad m’għandhomx.

Anthony Salcito issieħeb ma’ Microsoft fl-1992 u kien strumentali fit-tnedija b’suċċess ta’ għadd ta’ programmi u partnerships importanti fil-qasam ta’ l-edukazzjoni fosthom il-Microsoft Educator Network, u għen ħafna fil-ħidma ta’ Microsoft sabiex iżżid ir-rwol tat-teknoloġija fil-klassijiet fl-iskejjel. Illum, ir-rwol tiegħu huwa dak li jiżgura l-implimentazzjoni tal-viżjoni li Microsoft għandha għall-Edukazzjoni kif ukoll partnerships u proġetti li jwasslu t-teknoloġija fl-edukazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern ma jistax jindaħal biex iwaqqaf kawżi ċivili li jkunu nfetħu minn ċittadini privati jew minn terzi kontra ġurnalisti li jkunu ġew nieqsa u…

Ambjent

Il-Ministru tal-Ambjent, Jose Herrera, ħabbar ristrutturar fl-aġenzija Ambjent Malta. Dr Herrera qal li din se tersaq aktar lejn iċ-ċentru tal-politika tal-pajjiż, iżda ma kkonfermax li se tinbidel f’awtorità. Żied jgħid…

Kronaka

Ħaddiem weġġa’ serjament f’San Ġwann meta waqa’ fuqu numru ta’ ħadid. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:30 ġo fabbrika li tinsab fiż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann. Ir-raġel huwa Libjan ta’ 26 sena, residenti…

Immigrazzjoni

Grupp ta’ 56 immigrant iddaħħlu f’Malta llum waranofsinhar abbord patrol boat tal-Forzi Armati. L-immigranti, li ġew salvati mill-Mediterran, iddaħħlu f’Xatt it-Tiben u ngħataw f’idejn il-Pulizija mit-taqsima tal-immigrazzjoni. TVM infurmat li…

Aktar