Lokali
Il-Vienna Boys’ Choir b’kunċert fit-Teatru Manoel

Il-koristi tal-Vienna Boys’ Choir illejla qed jagħtu kunċert fit-Teatru Manoel. Huma jinsabu akkumpanjati mill-Chorus Viennensis ffurmat minn tnax-il raġel li kienu jattendu l-istess skola mużikali. Dan huwa wieħed mill-iprem korijiet fid-dinja bi tradizzjoni li tmur lura sa nofs is-seklu ħmistax.

Jitqies bħala wieħed mill-aktar korijiet prestiġjużi fi Vjenna bi tradizzjoni li tmur lura għas-seklu ħmistax; li kien mwaqqaf b’digriet mill-imperatur Maximillian. Il-Vienna Boys’ Choir kien ikanta biss għall-imperatur u l-membri tal-familja rjali Awstrijaka; u baqa’ jagħmel hekk sal-ewwel kwart tas-seklu għoxrin meta l-kor kien stabbilit bħala fondazzjoni privata.

Tina Breckwoldt, kelliema għall-kor, spjegat li l-kor m’huwiex biss skola imma hija istituzzjoni li fl-imgħoddi attirat kompożituri bħall-Schubert u Haydn u li ħadem ma kompożituri bħal Mozart, Gluck u Bruckner. Il-kor jagħti madwar medja ta’ tliet mitt kunċert fis-sena, b’udejnzi li jlaħħqu n-nofs miljun ruħ. Spjegat li l-istudenti jagħmlu semestru minn tlieta jagħtu kunċerti madwar id-dinja ; u mill-1926, il-kor ta’ kunċerti f’97 pajjiż.

Qalet li l-filosofija tal-iskola hi bbażata fuq l-istudji mużikali bħala għodda kruċjali fil-proċess edukattiv li permezz tagħha jrawwmu ħiliet u abbiltajiet li jgħinuhom fl-iżvilupp kulturali tagħhom.

Il-kor huwa magħmul minn mitt korista – kollha subien – li huma mqassma f’erba’ sezzjonijiet li jakkumpanjaw orkestri prestiġjużi bħall-Orkestra Filarmonika ta’ Vjenna, l-Istaatskapelle Berlin, l-Orkestra Filarmonika ta’ Oslo, u l-Orkestra Sinfonika ta’ Pittsburgh taħt id-direzzjoni tas-surmast Riccardo Muti.

Il-Kelliema għall-Vienna Boys’ Choir, Tina Breckwoldt qalet ”ours is probably the choirs that tours the most … we’re quite proud to have been listed as an intangible cultural heritage by UNESCO, our traditional way of singing so that is quite a nice endorsement.”

Il-kor jinsab Malta fuq stedina tal-President, Marie-Louise Coleiro Preca biex jieħdu sehem f’kunċert fit-Teatru Manoel b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Huma se jinterpretaw diversi siltiet li jvarjaw minn kompożituri klassiċi għal kontemporanji bi stili u varjetajiet differenti.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Sport

Matul it-tliet ijiem li ġejjin, l-atleti u l-uffiċjali ta’ Special Olympics Malta se jingħataw taħriġ minn ex Champion Olimpika Amerikana tal-għawm, Donna de Varona u tliet mibgħuta speċjali tal-isport mill-Istati…

Parlament

Illejla fil-Parlament qed isir id-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat b’reazzjoni għall-baġit. Dan wara li lbieraħ sar id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Id-diskors tal-lum qed jixxandar dirett fuq l-istazzjon TVM u fuq…

Lokali

Mal-ħmistax-il muniċipalità u organizzazzjonijiet minn pajjiżi fl-Ewropa qed jieħdu sehem fi programm tal-Unjoni Ewropea li fih jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar il-kultura. Flimkien mal-lokalità ta’ Ħal Safi, lokalitajiet mill-Ġermanja, l-Italja, l-Estonja…

Aktar