Barranin
Il-virus li qatel ’il fuq minn elf persuna jissemma Covid-19

L-awtoritajiet Ċiniżi keċċew uffiċjali għolja fil-qasam tas-saħħa, wara kritika għall-mod kif ġie trattat il-coronavirus.

Fost dawk li tilfu l-impieg kien hemm il-Kap tal-Kummissjoni tas-Saħħa fil-Provinċja ta’ Hubei, flimkien mad-deputat Direttur tal-Għaqda tas-Salib l-Aħmar.

S’issa l-coronavirus ħalla mal-1,016-il persuna mejta, li 103 minnhom mietu f’ġurnata waħda. Jidher iżda li l-każijiet ġodda ta’ infezzjoni mill-virus qed jiżdiedu b’ritmu anqas mgħaġġel.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa semmiet lil dan il-virus Covid-19. L-għaqda qed tlaqqa’ l-esperti li qed iwettqu r-riċerka fuq il-coronavirus, u ser tlaqqa’ aktar minn 400 riċerkatur li ser ikollhom ukoll preżentazzjonijiet bil-video conference ma’ tobba fiċ-Ċina. L-esperti qed jittamaw li tinstab il-kura.

Is-sitwazzjoni fil-Belt ta’ Wuhan tant hija diffiċli, speċjalment għall-pazjenti li qed isofru mis-sintomi tal-virus, li l-awtoritajiet tal-isptar qed jippruvaw jgħollu l-moral tal-pazjenti li mhux qegħdin fis-sodda bl-eżerċizzju u ż-żfin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-vittmi tal-Coronavirus madwar id-dinja telgħu għal 2,600, bl-Italja jsir l-aktar pajjiż affettwat barra l-Ażja tant li mill-inqas sitt persuni mietu u aktar minn mitejn instab li huma infettati bil-virus. L-Unjoni…

Barranin

Karozza nstaqet għal fuq il-folla waqt parata tal-karnival fil-belt Ġermaniża ta’ Volkmarsen. Tal-inqas għaxar persuni huma maħsuba li ndarbu. Kelliem għall-pulizija qalet li s-sewwieq qed jinżamm mill-pulizija. S’issa mhux ċar…

Barranin

Id-direttur ċelebri tal-films Harvey Weinstein instab ħati f’ġuri fuq żewġ atti tal-akkuża dwar abbuż sesswali fuq nisa. Weinstein li għandu 67 ma nstabx ħati iżda fuq l-iktar akkużi serji li…

Barranin

Il-Prim Ministru tas-Slovakkja, Peter Pellegrini ħassar l-impenji kollha tiegħu wara li ħakmu deni ta’ żiemel u problemi fin-nifs. Iż-żmien fejn marad ma setax ikun agħar l-għaliex ġimgħa oħra mistennija l-elezzjoni…

Aktar