Kronaka
Il-vittma tal-qtil li seħħ f’Ħal Għaxaq dalgħodu huwa Antoine Dalli

Missier ta’ madwar 68 sena minn Ħal Għaxaq, Salvu Dalli magħruf bħala d-‘Danger Man’ qed jinżamm arrestat mill-Pulizija wara li għal ħabta tal-ħdax ta’ dalgħodu allegatament qatel lil ibnu ta’ madwar 37 sena, Antoine Dalli b’tir ta’ senter f’żaqqu. Huwa nstab bla ħajja fil-kamra tal-banju.

TVM jinsab infurmat li l-isparatura fatali seħħet wara argument bejn il-missier u l-iben fid-dar tal-anzjan fi Triq il-Gudja, Ħal Għaxaq.

Sorsi qalulna li din mhux l-ewwel darba li t-tnejn tlewmu jew ġew fl-idejn. Il-vittma hu missier ta’ żewġt itfal u magħruf sew mal-Pulizija fuq serq u abbuż tad-droga.

Wara l-isparatura, il-Pulizija mit-Taqsima tal-Investigazzjonijiet Kriminali (CID) sabu lill-missier fid-dar u mill-ewwel stqarr magħhom li kien spara u qatel lil ibnu.

Hu ġie arrestat u fis-sigħat li ġejjin mistenni jitressaq il-Qorti mixli bi qtil.

Ġirien qalu lil TVM li t-tifel għandu ħanut tal-laħam f’Birżebbuġa.

Ara wkoll:

Missier joqtol lil ibnu wara argument bejniethom f’Ħal Għaxaq

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar