Lokali
Il-vizzju tax-xorb idaħħal raġel f’inkwiet serju ma’ martu

Raġel ta’ 55 sena mis-Siġġiewi nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li kkaġuna ġrieħi gravi fuq martu li għandha problema tal-alkoħol.

Il-proesekuzzjoni, immexxija mill-Ispetturi John Spiteri u Kylie Borg, irriżultalha li fl-aħħar argument, ir-raġel daħħal karta vojta taċ-ċikkulata fil-parti privata ta’ martu biex mingħalih jgħallimha lezzjoni kontra l-vizzju tal-alkoħol. Il-prosekuzzjoni argumentat kontra l-ħelsien mill-arrest għax il-missier jista’ jaffettwa lil ibnu fix-xhieda tiegħu li kien fil-proprjetà fil-ħin tal-każ.

Ir-raġel, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, wieġeb li mhux ħati tal-każ. Id-difiża, immexxija mill-avukat Michael Tanti Dougall argumenta li l-imputat qal li l-mara kellha l-vizzju tax-xorb u kienet hi li stednitu biex ikollha x’taqsam miegħu sesswalment wara li kienet taħt l-effett tal-alkoħol. Żied jgħid li l-akkużat qal lil martu li biċ-ċikkulta ma kinitx ser issovli l-problema tal-alkoħol, li skontu kienet tikolha biex taħbi r-riħa qawwija tal-alkoħol.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrata Doreen Clarke, ma laqgħetx it-talba tal-ħelsien mill-arrest minħabba n-natura tal-akkużi u l-biża’ ta’ intraċċ ta’ provi.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Sqalli ta’ 23 sena minn Tas-Sliema, ġie akkużat li kkawża ġrieħi ħfief lil anzjan u li kiser il-paċi pubblika fi Triq il-Kbira, Birkirkara. Francesco Raffreddato, li qal li jaħdem bħala…

Kronaka

Somalu ta’ 23 sena ġie akkużat li ħebb u hedded bil-mewt lil sidt ta’ ħanut tal-massaġġi fil-Marsa, li serqilha l-mobile u ammont żgħir ta’ flus kontanti. Il-prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispetturi Spiridione…

Aktar