Barranin
Il-Vjetnam titlob lir-residenti ma jibqgħux jieklu l-klieb

L-awtoritajiet f’Hanoi, il-belt kapitali tal-Vjetnam, qed jitolbu lill-pubbliku biex ma jibqgħux jieklu l-klieb u l-qtates billi din it-tradizzjoni qed timmina r-reputazzjoni tal-pajjiż.

L-awtoritajiet jinsabu mħassba wkoll dwar ir-riskju ta’ mard li jġorru l-klieb.

F’Hanoi, mal-elf ħanut ibigħ il-laħam tal-klieb u qtates għall-ikel.

L-awtoritajiet ħeġġew biex tinqata’ din it-tradizzjoni għaliex ħafna minn dawn l-annimali qegħdin jinqatlu b’mod krudili.

Fil-belt hemm madwar 490,000 klieb u qtates – bil-maġġoranza tagħhom huma annimali domestiċi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mill-inqas 86 persuna għerqu wara li vapur b’mijiet ta’ passiġġieri għereq f’Lake Victoria t-Tanzanija. Huwa mifhum li mill-inqas in-numru ta’ vittmi jista’ jitla’ għal iktar minn mitejn. Il-vapur, Mv Nyerere…

Kurżitajiet

Sid ta’ qattus baqa’ skantat u mnixxef meta ra li l-qattus ħa miegħu d-dar basket mimli droga. Fi Bristol, xħin qam sid il-qattus sabu b’basket ħdejh bi droga bi trap…

Barranin

L-Istati Uniti imponiet sanzjonijiet fuq il-qawwa militari Ċiniża talli din xtrat ajruplani militari mir-Russja biex tkun tista’ tispara l-missili. L-Istati Uniti saħqet li x-xiri ta’ dawn l-ajruplani militari jiksru s-sanzjonijiet…

Barranin

Tifla ta’ tnax-il sena fl-Awstralja sofriet ġrieħi gravi f’saqajha wara li sfat attakkata minn kelb il-baħar. Uffiċjal qal li t-tifla, li kienet ma’ missierha u oħtHa, ingħatat l-ewwel għajnuna fuq…

Aktar