X

Il-Vjetnam titlob lir-residenti ma jibqgħux jieklu l-klieb

Must be photo credited, Dog Meat-Free Indonesia and copy must include coalition members on anything using these photos: Humane Society International, Change For Animals Foundation, Jakarta Animal Aid Network, and Animal Friends Jogja

L-awtoritajiet f’Hanoi, il-belt kapitali tal-Vjetnam, qed jitolbu lill-pubbliku biex ma jibqgħux jieklu l-klieb u l-qtates billi din it-tradizzjoni qed timmina r-reputazzjoni tal-pajjiż.

L-awtoritajiet jinsabu mħassba wkoll dwar ir-riskju ta’ mard li jġorru l-klieb.

F’Hanoi, mal-elf ħanut ibigħ il-laħam tal-klieb u qtates għall-ikel.

L-awtoritajiet ħeġġew biex tinqata’ din it-tradizzjoni għaliex ħafna minn dawn l-annimali qegħdin jinqatlu b’mod krudili.

Fil-belt hemm madwar 490,000 klieb u qtates – bil-maġġoranza tagħhom huma annimali domestiċi.

rg :