Lokali
Il-vjolinist internazzjonali Edvin Marton jgħid li Malta tagħtih l-ispirazzjoni

Magħruf fl-Istati Uniti bħala l-prinċep tal-vjolin, il-vjolinist internazzjonali Edvin Marton kien f’Malta għal kunċert bil-vjolin Stradivarius li jiswa mal-€15-il miljun. Il-vjolinist idur id-dinja idoqq f’kunċerti fl-Istati Uniti u fl-Ewropa.

F’Malta l-vjolinist internazzjonali Edvin Marton mwieled l-Ukrajna u li jdur id-dinja bi vjolin Stradivarius tas-sena 1699, vjolin li bħalu madwar id-dinja hawn biss madwar disa’ oħra. Minħabba li jiswa l-miljuni, Edvin iżomm il-vjolin taħt sigurtà massima u anki meta jġorru, jagħmel dan b’galbu kbir. Edvin li ilu jdoqq il-vjolin sa minn mindu kellu ħames snin, ġie f’Malta għal kunċert sagru fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann organizzat mill-Fondazzjoni Lisa Marie.

Edvin Marton li studja fl-aqwa skejjel tal-mużika fosthom fil-Juilliard School of Music fi New York huwa popolari l-Istati Uniti, u f’diversi pajjiżi Ewropej, bil-videos mużikali tiegħu jarawhom il-miljuni. Il-passjoni ta’ Edvin Marton hi li bin-noti ħelwin tal-vjolin jikkomponi albums ġodda billi jlaqqa’ l-mużika klassika ma’ diversi ġeneri ta’ mużika, fosthom dik Rock. Edvin Marton qal li jaċċetta li jiġi Malta għax hawn iħossu jispira ruħu.

Edvin Marton qal li”I am in love with Malta, with the emotions, smile, welcome..and for my inspiration is what I need”.

Edvin Marton jiddeskrivi lilu nnifsu bħala raġel romantiku u huwa miżżewweġ lill-personalità televiżiva Ungeriża Adrienn Gombosi u għandhom żewġt itfal. Edvin huwa rebbieħ ta’ Emmy Award u kien akkumpanja lir-rebbieħ tal-Eurovision Dima Bilan tar-Russja fl-2008 flimkien ma’ ex champion tal-figure skating Evgeni Plushenko li magħhom għadu jtella’ bosta kunċerti b’mużika u żfin fuq is-silġ.

Edvin Marton bħalissa għaddej b’xogħol biex ivara l-album ġdid tiegħu, u f’Awwissu se jerġa’ jiġi Malta għal kunċert li se jagħti fi pjazza Teatru Rjal.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Il-Maltapost u s-Soċjetà Maltija tal-Filatelija qed itellgħu l-fiera tal-kollezzjonisti tal-bolol magħrufa bħala Maltex. Il-fiera tat ukoll spazju lil kollezzjoni oħra biex juru d-damma ta’ oġġetti li qajla jiġu f’moħħok li…

Saħħa

Fil-gżejjer Maltin hawn mal-35,000 persuna li jingħataw kura minħabba problemi fit-taħdit fosthom 600 tifel u tifla. Dr Rita Micallef li tmexxi s-servizzi terapewtiċi fid-Dipartiment tas-Saħħa qalet lil TVM li fl-aħħar…

Kronaka

Raġel ta’ 49 sena mill-Mosta ttella’ mill-baħar mill-Forzi Armati wara li waqa’ għoli ta’ diversi metri minn fuq l-irdumijiet ta’ Ras id-Dawwara fl-akwati ta’ Għar id-Dwieb fl-Imtaħleb. TVM huwa infurmat…

Budget

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Budget għas-sena d-dieħla huwa mibni fuq tliet pilastri: il-ħolqien tal-ġid, inċentivi għal min jeħtieġ l-għajnuna biex jimxi ‘l quddiem u…

Aktar