Barranin
Il-vodka jwassalha f’baħar inkwiet

Julianne March minn Wisconsin spiċċat arrestata malli niżlet minn titjira wara li nstabet li kienet qed taqdi dmirijietha fis-sakra.

March, li kienet membru tal-ekwipaġġ ta’ United Express Airlines, tkeċċiet wara li nstabet li kkaġunat biża’ lil għadd ta’ passiġġieri.

L-inċident seħħ fit-2 t’Awwissu meta l-passiġġieri abbord it-titjira 4849 innutaw lil March bdiet iġġib ruħha b’mod stramb.

March ma ntrabtitx biċ-ċinturin tas-sigurtà u ntilfet minn sensiha f’ħin minnhom waqt it-titjira. Hija naqset ukoll milli tagħmel il-proċedura tas-soltu tas-sigurtà mal-passiġġieri u damet ma rrispondiet lill-bdoti.

Il-mara, meta ġiet interrogata mill-pulizija, ammettiet li kienet xorbot żewġ grokkijiet vodka qabel it-titjira.

Hija mistennija tidher quddiem il-qorti fil-ġimgħat li ġejjin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fl-Istati Uniti, mara kellha tagħmel operazzjoni wara li belgħet iċ-ċurkett tal-għerusija waqt li kienet rieqda. Jenna Evans ta’ 29 sena qalet li hi u l-għarus tagħha Bobby kienu fuq ferrovija u…

Barranin

Il-futboler Cristiano Ronaldo nfaqa’ jibki waqt intervista li saritlu minn Piers Morgan. Dan wara li qal li missieru, li kien jixrob qatt ma kellu l-opportunità jarah isir stilla. L-attakkant ta’…

Barranin

L-Istati Uniti ppubblika imaġini meħuda minn sateliti biex isaħħaħ l-argument tiegħu li l-Iran kien il-moħħ wara l-attakki li saru fuq ir-raffineriji taż-żejt fl-Arabja Sawdija. Min-naħa tiegħu, l-Iran qed jiċħad kull…

Brexit

F’taħdidiet mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Calude Juncker, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mistenni li jagħmel enfasi li r-Renju Unit mhux lest li jipposponi Brexit wara l-31 ta’ Ottubru. F’laqgħa li…

Aktar