Mużika
Il Volo mill-ġdid f’Malta

Għat-tielet darba ġejjin Malta l-grupp Taljan Il Volo. Fost il-kanzunetti li mistennija jkantaw fil-kunċert hemm dik li biha ġew fit-tielet post tal-festival ta’ Sanremo ta’ din is-sena, Musica che resta u l-iżjed kanzunetti popolari tagħhom.

Piero Barone, Ignazio Boschetto u Gianluca Ginoble mill-grupp Taljan Il Volo, se jkunu Malta għat-tielet darba. Din is-sena stess huma ġew fit-tielet post tal-festival ta’ Sanremo bil-kanzunetta Musica che resta.

Fl-2015 Il Volo kienu rebħu l-festival ta’ Sanremo bil-kanzunetta Grande Amore u matul il-karriera mużikali tagħhom kellhom kunċerti li fihom imlew l-Arena ta’ Verona u r-Radio City Music Hall fi New York.

Fl-aħħar xhur Il Volo bdew għadd ta’ kunċerti madwar l-Ewropa biex ifakkru l-għaxar anniversarju mit-twaqqif tagħhom bħala grupp, u l-album il-ġdid Musica. Malta hi waħda mill-pajjiżi f’dan it-tour b’Il Volo se jagħti kunċert bl-aqwa suċċessi taghhom għada l-Ġimgħa fiċ-Ċentru tal-Fieri u l-Konvenzjonijiet f’Ta’ Qali.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

F’rapport li jsir kull ħames snin dwar l-istat tal-ambjent fil-pajjizi Ewropej jghid li jeħtieġ soluzzjonijiet fundamentali fl-għaxar snin li ġejjin biex jiġi evitat tibdil fil-klima li iwassal għall-temperaturi għoljin estremi….

Kisbiet

L-atti notarili tan-nutar Paolo Bonello li għex fis-seklu ħmistax, servew ta’ punt ta’ tluq għal sistema bbażata fuq intelliġenza artifiċjali msejħa Notary Pedia. L-istudenta tal-Masters fl-intelliġenza artifiċjali fl-Università ta’ Malta…

Annimali

Jingħad li l-kelb huwa l-aqwa ħabib li l-bniedem jista’ jkollu iżda għal persuni neqsin mid-dawl, bil-kundizzjoni tal-awtiżmu jew diabete kelb jaf ikun bastun tad-demm u l-laħam. Aktar kmieni din il-ġimgħa…

Lokali

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ikkundanna t-theddid li sar fuq ġurnalista aktar kmieni llum. Fi stqarrija l-IĠM qal li ġie infurmat li ġurnalista għamlet rapport lill-Pulizija wara li rċeviet ittra ta’…

Aktar