Ambjent
Il-WasteServ tpoġġi fuq il-lista s-sewda dawk li jiksru l-liġi ripetutament

Fi Frar 2021, il-WasteServ ippubblikat regoli ġodda tas-sit u ħabbret li kienet qed tingaġġa iktar spetturi sabiex tirdoppja n-numru ta’ spezzjonijiet li jsiru. Dan ippermetta lill-kumpanija li tispezzjona kull trakk tal-iskart li juża l-faċilitajiet tagħha.

Mill-bidu tas-sena s’issa saru aktar minn 25,000 spezzjoni individwali u data dettaljata dwar it-tipi kollha ta’ ksur qed tintuża biex tkompli ttejjeb il-konformità u jiġu identifikati tendenzi.

Dawk li jiksru l-liġi ripetutament qed jiġu identifikati u numru min dawn issa se jiġu rrifjutati aċċess dirett għall-faċilitajiet u se jkunu qed jiġu spezzjonati f’żona ta’ spezzjoni magħżula qabel id-dħul.

F’dawk il-każijiet fejn l-irregolaritajiet ikomplu jsiru, il-WasteServ ma jkollix għażla oħra ħlief li tipprojbixxi lil individwi. Qed isiru wkoll laqgħat individwali biex jiġi żgurat li kulħadd ikun konxju mill-obbligi tiegħu u mill-ħtieġa li jsegwi standards xierqa ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart. Dan huwa maħsub biex jiżgura li n-nuqqas ta’ konformità ma jkunx ir-riżultat ta’ nuqqas ta’ informazzjoni.

Waħda mill-irregolaritajiet irrelatat ma’ vjaġġi ta’ skart goff mill-Kunsilli Lokali. WasteServ qal li diversi kuntratturi ta’ skart goff tal-Kunsill Lokali ppersistew b’tentattivi biex jarmu materjal bħal dan fuq il-miżbla minflok ma jagħżlu dan l-iskart b’mod separati f’ wieħed miċ-Ċentri għall-Iskart Goff. F’xi każijiet, intqal li xi operaturi huma reċidivi, bħall-kuntrattur responsabbli għall-kollezzjonijiet fil-lokalità tal-Marsa, li propju fi tmiem il-ġimgħa nqabad b’materjal riċiklabbli mħallat ma’ materjal tal-borża sewda.

Operaturi, residenti u klijenti oħra huma mħeġġa jiċċekkjaw id-dispożizzjonijiet applikabbli dwar l-immaniġġjar tal-iskart fuq www.wsm.com.mt jew billi jużaw il-freephone 8007 2200 jew ibagħtu email fuq [email protected]