Parlament
Il-Whip tal-Gvern jistaqsi lill-Kap tal-PN x’tip ta’ konnessjonijiet għandhom xi deputati nazzjonalisti ma’ Yorgen Fenech

Il-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield għamel għadd ta’ mistoqsijiet lid-deputati nazzjonalisti fl-Oppożizzjoni dwar ir-relazzjonijiet ma’ Yorgen Fenech li huwa akkużat bħala l-mandant tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Id-deputat Bedingfield – li kien qed jitkellem fl-Aġġornament tal-Kamra tad-Deputati – saqsa liema deputat nazzjonalista jew qarib tiegħu huwa s-sid tal-kumpanija Hummingbird Properties u jekk din temmitx ir-relazzjonijiet kummerċjali li kellha ma’ Yorgen Fenech wara li tressaq il-Qorti. Saqsa wkoll jekk dan is-sid kienx jagħmel negozjati mal-istess Yorgen Fenech u liema lukandi kienu involuti wkoll.

Is-Sur Bedingfield saqsa wkoll min huwa l-avukat-deputat nazzjonalista li għadu jipprovdi servizzi legali lill-kumpaniji li fihom huwa imdaħħal Yorgen Fenech b’mod dirett jew indirett. Saqsa wkoll jekk avukat li l-Partit Nazzjonalista ħatar biex jifforma l-politika tal-partit jagħtix servizzi legali lill-kumpaniji li fihom għandu interess Yorgen Fenech.

Saqsa wkoll liema deputati nazzjonalisti organizzaw parties għand Yorgen Fenech u jekk dawn ħallsux għalihom jew ingħatawx kollox b’xejn. Żied jistaqsi min huwa id-deputat nazzjonalista li sa ftit żmien ilu kien jittallab lil Yorgen Fenech itih kamra fil-Hilton jew sħubija b’xejn għall-użu tal-pixxina tal-lukanda u jekk kielx u ngħatax karma b’xejn għal-lejl fl-istess lukanda fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu.

Il-Whip tal-Gvern waqt li sejjaħ lill-membri tal-Oppożizzjoni biex ma jkunux ipokriti stieden lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia biex ikellem lid-deputati tiegħu dwar x’tip ta’ konnessjonijiet għandhom mas-Sur Fenech.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Gvern alloka aktar minn żewġ miljun ewro għal skema maħsuba biex tgħin lill-industrija marittima tirpilja mill-effetti ekonomiċi li ġarrbet waqt il-pandemija. L-iskema ta’ rifużjoni għall-ħlasijiet tal-port taħseb biex jonqos il-piż…

COVID-19

Kull ma jmur iktar pajjiżi qed jimponu l-ilbies obbligatorju tal-maskra f’postijiet pubbliċi. Ir-regola tal-użu tal-maskra hija waħda mill-aktar stretti fl-Ewropa. F’Malta mhux b’inqas. Bil-liġi, il-maskra trid tintlibes bilfors f’ħames postijiet…

Safar

Minn nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu, Sqallin li jirritornaw minn Malta, jridu joqgħodu ġimagħtejn fi kwarantina u jridu jagħmlu swab test mandatorju. Sqallija imponiet dawn ir-restrizzjonjiet fuq residenti tagħha li…

Safar

Fil-ġranet li ġejjin l-Awtoritajiet tas-Saħħa se jdaħħlu l-obbligu fuq il-passiġġieri li jaslu Malta minn ċertu pajjiżi jew bliet meqjusa b’riskju għoli għall-Covid-19 biex jippreżentaw ċertifikat li fit-48 siegħa ta’ qabel…

Aktar