Barranin
Il-whistleblower li żvela l-konverżazzjoni bejn Trump u Zelensky huwa uffiċjal tas-CIA

Rapporti fil-media qed jgħidu li l-whistleblower li żvela l-konverżazzjoni bejn il-President tal-istati Uniti Donald Trump u l-President Ukren Voldomyr Zelensky kien uffiċjal tas-CIA.

L-informazzjoni wasslet għal inkjesta li tistà twassal għat-tneħħija tal-President Amerikan. In-New York Times qed tirraporta li l-uffiċjal, li ismu ma xxandarx, għamel xi żmien jaħdem fil-White House.

Il-whistleblower qal li uffiċjali għolja tal-White House ippruvaw jostru id-dettalji kollha tal-konverżazzjoni telefonika li saret f’Lulju li għadda, fejn Trump għamel pressjoni fuq Zelensky biex jinvestiga lill-kandidat Demokratiku u eks Viċi President tal-istati Uniti Joe Biden.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel ġie kkundannat 30 sena ħabs, wara li nstab ħati li lura fl-2002, stupra u qatel tfajla fi Franza. It-tfajla, li kellha 24 sena, kienet taħdem bħala maniġer f’bank. Hi…

Barranin

Ġimgħa qabel ir-Renju Unit ikollu Gvern ġdid, il-Partiti politiċi jinsabu għaddejin bil-kampanja elettorali tagħhom. Fl-istħarriġ tal-fehma pubblika, il-Partit Konservattiv immexxi minn Boris Johnson jinsab fuq quddiem, iżda Johnson qiegħed jiffaċċja…

Barranin

Fl-Indja żeffiena li kienet qed tiżfen waqt tieġ sfat milquta minn tir. Ħin minnhom il-mara waqfet tiżfen minħabba li weġġgħet saqajha. Dlonk wieħed mill-mistednin ħareġ arma tan-nar u sparalha f’wiċċha….

Barranin

Il-pulizija Indjana qatlet erbat irġiel suspettati li stupraw u qatlu veterinarja żagħżugħa f’Hyderabad. L-irġiel kienu taħt arrest u ttieħdu fuq il-post fejn seħħ ir-reat. Huma nqatlu meta ppruvaw jisirqu l-armi…

Aktar