Barranin
Il-White House teskludi l-użu obbligatorju ta’ passaporti li juru li persuna tlaqqmet għall-Covid-19

Il-White House eskludiet l-introduzzjoni mandatorja ta’ passaporti federali li juru li persuna tlaqqmet għall-Covid-19. Il-White House qalet li d-drittijiet u l-privatezza taċ-ċittadini għandha tiġi protetta.

Skemi li jintroduċi passaporti ta’ dan it-tip, qed jiġu diskussjoni madwar id-dinja, inkluż fl-Unjoni Ewropea sabiex ikun assigurat moviment sigura ta’ persuni waqt pandemija.

Kritiċi ta’ dawn l-iskemi jgħidu li dokumenti ta’ dan it-tip huma diskriminatorji. L-Istati Uniti qalu li mhux se jappoġġjaw sistema li titlob lill-Amerikani sabiex iġġorru kredenzjali. L-Istati Uniti rrapportaw aktar minn 550,000 mewt mill-Covid-19 u rreġistraw aktar minn 31 miljun infezzjoni – l-ogħla rata fid-dinja.

Intant, il-President Amerikan Joe Biden qal li l-adulti kollha Amerikani, se jkunu eliġibbli għat-tilqim sad-19 ta’ April.