Barranin
Il-WHO tappella għal safar b’mod responsabbli waqt il-btajjel tas-sajf..

L-għaqda dinija tas-saħħa ħeġġet lill-Ewropej biex jivvjaġġaw b’mod responsabbli waqt il-btajjel tas-Sajf u wissew li l-kontinent m’huwiex ħieles mil-perikli tal-Covid minkejja li kien hemm tnaqqis fl-għadd ta’ każi. Id-Direttur Reġjonali għall-Ewropa Dr Hans Kluge qal li fl-aħħar xahrejn kien hemm tnaqqis fl-għadd ta’ każi u mwiet mill-Covid, b’36 minn 53 pajjiż naqqsu r-restrezzjonijiet.

L-awtoritajiet tas-saħħa madankollu wissew dwar il-varjant Indjan tal-Covid, minħabba li s’issa huma biss terz li rċevew l-ewwel doża tal-vaċċin u tlettax fil-mija biss irċevew id-doża kompluta tal-vaċċin. B’kuntrast f’Malta, hawn 76% li huma mlaqqma b’doża waħda filwaqt li 56 fil-mija huma mlaqqma b’mod sħiħ.