Barranin
Il-WHO tgħid l-pandemija se tkaxkar għal mill-inqas sena oħra

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li l-pandemija tal-Covid ser tkompli titwal għal mill-inqas sena oħra minħabba l-pajjiżi l-foqra m’għandhomx tilqim.

Kelliem għall-WHO qal li l-krizi mistennija tibqa’ tkaxkar is-sena d-dieħla kollha minħabba li anqas minn 5% biss tal-popolazzjoni Afrikana hija mlaqqma filwaqt li fil-kontinenti l-oħra hemm aktar minn 40%.

Diversi pajjiżi qed jibagħtu konsenji ta’ tilqim lil dawn il-popli fosthom ir-Renju Unit li baghat mal-10 miljun tilqima lil pajjiżzi li jinsabu fil-bżonn.