Barranin
Il-WHO tgħid li l-missjoni tagħha mhix li tistħarreġ l-għemil ħażin taċ-Ċina iżda l-origini tal-virus

L-esperti tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għamluha ċara li l-missjoni tagħhom fiċ-Ċina mhix qed tistħarreġ l-għemil ħażin taċ-Ċina iżda l-origini tal-virus.

Waqt li kien qed jitkellem f’konferenza tal-aħbarijiet, id-direttur tal-programm tal-emerġenzi Dr Michael Ryan saħaq li t-tim qiegħed jinvestiga biex jieħu lezjoni għall-futur.

Il-kummenti ta’ Dr Ryan saru sigħat wara li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ingliż Dominic Raab qal li l-Ingilterra, bħall-Istati Uniti, kellha l-istess tħassib dwar dak li ħareġ u mil-livell ta’ aċċess mogħti lill-missjoni tal-għaqda dinjija tas-saħħa f’Wuhan.

Intant it-tim ta’ xjentisti skopra li l-pandemija kienet diġà ferm iktar mifruxa fil-belt ta’ Wuhan mill-oriġinarjament maħsub lura f’Diċembru tal-2019.