Barranin
Il-WHO tgħid li mhemmx evidenza li tissostanzja dak li qal tabib rispettat Taljan, li l-Coronavirus qed jiddgħajjef

L-esperti u x-xjentisti tal-World Health Organisation (WHO) qalu li mhemm l-ebda evidenza li tissostanzja dak li qal tabib rispettat Taljan, li l-Coronavirus qed jiddgħajjef.

Il-Professur Alberto Zangrillo, li jmexxi t-taqsima tal-kura intensiva fl-isptar San Raffaele fil-Lombardija, l-epiċentru tal-virus fl-Italja, qal pubblikament li klinikament, il-Covid-19 m’għadux jeżisti.

Il-Professur Alberto Zangrillo

L-epidemoloġista tal-WHO, Maria Van Kerkhove u bosta esperti oħrajn li speċjalizzaw fuq mard ikkawżat mill-viruses u mard infettiv qalu li dak li qed jgħid Zangrillo mhux sostanzjat b’evidenza xjentifika.

Il-Professur Maria Van Kerkhove

Skont il-Professur Martin Hibberd, li jispeċjalizza f’mard infettiv ġdid, qal li l-istudji u riċerka li qed iħarsu lejn il-bdil ġenetiku fis-SARS-CoV-2 virus, li jikkawża l-Covid-19, mhumiex tal-fehma li l-virus qed jiddgħajjef.

Zangrillo, li huwa t-tabib personali tal-ex Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi, qal li dan kollu qed jgħidu abbażi ta’ studju tax-xjentist Massimo Clementi, li se jiġi ppubblikat il-ġimgħa d-dieħla.

Il-pandemija s’issa ħasdet il-ħajja ta’ 370,000 persuna u infettat aktar minn 6 miljuni.

Ara wkoll:

https://www.tvm.com.mt/mt/news/tabib-taljan-il-kap-ta-sptar-fmilan-jghid-li-l-virus-qed-jitlef-is-sahha/

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fil-qalba ta’ Bristol, l-Ingilterra, statwa ġdida ta’ dimostranta sewda ħadet post statwa ta’ Edward Colston li kien jinnegozja l-iskjavi fis-seklu 17, wara li tal-aħħar twaqqet minn domostranti kontra r-razziżmu x-xahar…

Barranin

Il-President Franċiż Emmanuel Macron laqa’ lill-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez f’Pariġi jumejn qabel is-summit Ewropew li mistenni jitlaqqa’ għall-ewwel darba wara l-pandemija fi Brussell. Fuq nett tal-aġenda mistenni jkun hemm…

Barranin

Il-kumpanija tat-tekonoloġija Apple mhux se tkun obbligata li tħallas mat-€13-il biljun f’taxxi b’lura lill-Irlanda wara li rebħet l-appell li fetħet quddiem it-tieni l-għola Qorti fl-Unjoni Ewropea. Il-Qorti Ewropea irrevokat deċiżjoni…

COVID-19

Hong Kong reġa’ daħħal fis-seħħ miżuri stretti biex tinżamm id-distanza soċjali fl-isfond tat-tielet mewġa ta’ coronavirus li qed tinfirex mal-belt. Il-passiġġieri kollha fuq it-trasport pubbliku huma obbligati li jilbsu maskra….

Aktar