Il-WHO tgħid li t-trattament għall-HIV għandu jingħata lil kull min hu infettat

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li kull min jinstab li għandu l-virus tal-HIV għandu jiġi offrut il-mediċina għalih mill-aktar fis possibbli. Din il-politika tneħħi l-limiti li kien hemm sal-lum li kienet tissuġġerixxi li l-pazjenti jistennew qabel jibdew jieħdu l-mediċina sakemm il-virus jidħol aktar fil-fond.

Il-WHO qed tirrakomanda wkoll li l-persuni li huma f’riskju li jiġu infettati bil-virus tal-HIV ukoll jingħataw il-mediċina biex kemm jista’ jkun jipprevjenu l-infezzjoni.

L-għaqda UNAIDS qalet li dan it-tibdil jista’ jwassal biex jiġu evitati mal-21 miljun mewta relatata mal-AIDS u mat-28 miljun infezzjoni ġdida sal-2030.

Ir-rakkomandazzjonijiet il-ġodda jżidu n-numru ta’ persuni bil-virus tal-HIV eliġibbli għall-mediċina, minn 28 miljun għal 37 miljun madwar id-dinja.

L-isfida globali tibqa’ li jkun assigurat li kulħadd ikollu aċċess għal din il-mediċina u li jkun hemm il-fondi neċessarji biex ikopru din iż-żieda.

Bħalissa mal-15-il miljun persuna biss qed jieħdu din il-mediċina. Il-mediċina ma tfejjaqx il-virus tal-HIV, iżda tikkontrollah b’tali mod li l-pazjenti jistgħu jgħixu ħajja itwal, aktar b’saħħitha u jnaqqsu r-riskju li jinfettaw lil ħaddieħor.

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ħallas biss $750 f’taxxi fuq id-dħul tiegħu fl-2016. Rapport fuq in-New York Times, li kisbet aċċess għal informazzjoni li tmur lura aktar minn 20 sena, jgħid…

Fil-Venezwela kważi 200 persuna li jaħdmu bħala paramediċi fil-qasam tas-saħħa tilfu ħajjithom minn Marzu ‘l hawn kawża tal-imxija tal-Covid-19. Fil-Venezwela nstabu mil-lanqas 68,000 persuna li kellhom il-Coronavirus li minnhom tilfu…

Il-votanti fl-Iżvizzera vvutaw kontra l-proposta li jiġu fi tmiemu ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-persuni. Skont SRF, ir-riżultat tar-referndum se jkun 63% b’37%. L-Iżvizzera mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea, imma…

Il-forzi tal-Armenja u l-Ażerbajġan qed jiġġieldu dwar ir-reġjun Nagorno-Karabakh, u twaqqa’ tal-inqas ħelikopter wieħed tal-Ażerbajġan. L-Armenja qalet li l-Ażerbajġan beda jattakkaha mill-art u mill-ajru u wara ddikjarat l-liġi marzjali. Min-naħa…

Aktar