Il-WHO tiltaqa’ b’urġenza dwar il-virus Zika

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, l-WHO, qed tiltaqa’ b’urġenza biex tiddiskuti l-“isplużjoni” fit-tixrid tal-virus Zika. Il-laqgħa f’Ġinevra se tiddeciedi jekk tkunx dikjarata emerġenza globali. Uffiċjali tal-WHO iddeskrivew il-virus Zika minn wieħed ta’ “theddida baxxa għal waħda bi proporzjonijet allarmanti”.

Ħafna persuni nfettati bil-virus Zika ma jkollhomx sintomi iżda l-virus jidher li għandu effett dirett fuq l-iżvilupp tal-imħuħ ta’ eluf ta’ trabi fil-Brażil.

Sadattant, fil-Brażil, uffiċjali ngħataw permess biex jidħlu fi proprjetajiet li huwa maħsub li fihom hemm ambjenti ideali għan-nemusa li xxerred il-virus Zika. Huma se jidħlu bil-forza f’postijiet abbandunati jew meta m’hemm ħadd biex jagħtihom aċċess għall-post.

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ħallas biss $750 f’taxxi fuq id-dħul tiegħu fl-2016. Rapport fuq in-New York Times, li kisbet aċċess għal informazzjoni li tmur lura aktar minn 20 sena, jgħid…

Fil-Venezwela kważi 200 persuna li jaħdmu bħala paramediċi fil-qasam tas-saħħa tilfu ħajjithom minn Marzu ‘l hawn kawża tal-imxija tal-Covid-19. Fil-Venezwela nstabu mil-lanqas 68,000 persuna li kellhom il-Coronavirus li minnhom tilfu…

Il-votanti fl-Iżvizzera vvutaw kontra l-proposta li jiġu fi tmiemu ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-persuni. Skont SRF, ir-riżultat tar-referndum se jkun 63% b’37%. L-Iżvizzera mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea, imma…

Il-forzi tal-Armenja u l-Ażerbajġan qed jiġġieldu dwar ir-reġjun Nagorno-Karabakh, u twaqqa’ tal-inqas ħelikopter wieħed tal-Ażerbajġan. L-Armenja qalet li l-Ażerbajġan beda jattakkaha mill-art u mill-ajru u wara ddikjarat l-liġi marzjali. Min-naħa…

Aktar