COVID-19
Il-WHO tirrakkomanda miżuri lokalizzati minflok lockdowns

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) mhux qed tirrakkomanda li l-pajjiżi jerġgħu jmorru lura għal-lockdowns nazzjonali, iżda minflok għandhom jimplimentaw miżuri lokalizzati kontra l-imxija tal-Covid-19. Dan intqal minn Dr Maria Van Kerkhove f’intervista ma’ The Telegraph fl-aħħar jiem.

Sal-aħħar ta’ Marzu kien hemm iktar minn 100 pajjiż li impona lockdown parzjali f’tentattiv biex jikkontrolla l-pandemija, u filwaqt li dak iż-żmien dan kien neċessarju, Dr Van Kerkhove qalet li l-impatt ekonomiku, fuq is-saħħa u fuq il-qasam soċjali kien kbir ħafna.

Qalet li fis-sitt xhur li ġejjin mhux se jkun hemm tilqima għall-Covid-19, anki jekk ix-xogħol biex jinħoloq vaċċin effettiv u sigur tħaffef.

Dr Van Kerhove qalet li għalhekk, minflok imorru lura f’lockdown, il-pajjiżi għandhom jimplimentaw għodod speċifiċi u lokalizzati, bħal ma huwa l-contact tracing, ittestjar fuq skala kbira, faċilitajiet tas-saħħa attrezzati, distanza soċjali u l-ilbies tal-maskri.

Sostniet li dawn huma għodod li jaħdmu, u li pajjiżi li użaw dawn l-għodod b’mod għaqli rnexxielhom jikkontrollaw l-imxija.

Aħbarijiet Oħra

Fl-Indja fetaħ mill-ġdid għat-turisti t-Taj Mahal wara 6 xhur magħluq minħabba l-pandemija. Dan l-iżvilupp seħħ minkejja li l-Indja hu l-agħar pajjiż milqut mill-imxija.Bħalissa fl-Indja hemm iktar minn 5 miljun persuna…

Il-mewt ta’ mijiet ta’ ljunfanti f’daqqa fil-Botswana iktar kmieni din is-sena qajjem tħassib għal din l-ispeċi fl-Afrika li diġà tinsab fir-riskju tal-estinsjoni. Huwa kkalkulat li bejn Mejju u Ġunju mietu…

Wara l-Paradise Papers, il-Panama Papers, Swiss Leaks u Lux Leaks, issa ġew żvelati l-FinCen files, li juru kif banek kbar, fosthom l-HSBC, ħallew lil kriminali jitrasferixxu flushom madwar id-dinja. Il-FinCEN…

Il-konsulent xjentifiku tal-Gvern tar-Renju Unit wissa li sa nofs Ottubru, fil-pajjiż jista jkun hemm mal-50,000 każ ġdid ta’ coronavirus kuljum. Sir Patrick Vallance qal li sa xahar wara, dan iwassal għal…

Aktar