Barranin
Il-WHO twissi li l-coronavirus jista’ jibqa’ fil-komunità anki bil-vaċċin

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li l-coronavirus possibilment jista’ jiżvolġi f’virus li jibqa’ fil-komunità, u anki jekk jinstab vaċċin, se jkun meħtieġ sforz qawwi biex il-virus ikun ikkontrollat.

Id-direttur tal-emerġenzi tal-WHO, Dr Mike Ryan wissa kontra min qed jistipula xi data jew żmien meta l-virus ikun sparixxa waqt li kien qed jindirizza konferenza f’Ġinevra, l-Iżvizzera. Madwar 300,000 persuna fid-dinja huma rrappurtati li mietu bil-coronavirus, u iżjed minn 4.3 miljun każi kienu reġistrati.

In-Nazzjonijiet Maqgħuda intant qalet li l-pandemija kkaġunat stress psikoloġiku madwar id-dinja, u għamlet sejħa lill-pajjiżi biex ipoġġu s-saħħa mentali bħala prijorita fl-istrateġiji mfassla biex ikun ittrattat il-virus.

Aħbarijiet Oħra

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta’ 78 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 l-ewwel darba fil-11 ta’ Awwissu u ġiet ikkonfermata li negattiva għall-Covid-19…

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħabbar li, filwaqt li l-edukaturi se jidħlu lura għax-xogħol fit-28 ta’ Settembru kif skedat, l-istudenti se jibdew jidħlu lura mis-7 t’Ottubru. L-istudenti tal-istat tal-età obbligatorja se…

Mara tqila fi Florida, fl-Istati Uniti, ma ħasbithiex darbtejn biex taqbeż fil-baħar u ssalva lil żewġha hekk kif ratu jiġi attakkat minn kelb il-baħar. Il-każ seħħ il-Ħadd li għadda, meta…

Uffiċjali indipendenti liċenzjati mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol, l-OHSA qegħdin jiċċertifikaw li kull skola f’Malta u Għawdex hija konformi mar-regolamenti li tfasslu mill-awtoritajiet tas-saħħa. F’kummenti ma’ Television Malta,…

Aktar