Barranin
Il-WHO twissi li l-COVID-19 għadu ma għebx

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa wissiet biex l-imxija tal-Coronavirus ma terġax tgħolli rasha, għaliex il-virus għadu ma għebx. Dr David Nabarro, il-kelliem tal-WHO qal li għalkemm il-lockdowns bdew jintreħew, teħtieġ attenzjoni massima biex is-sitwazzjoni ma taħrabx minn idejn l-awtoritajiet tas-saħħa. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa wissiet li ħadd ma għandu jipprova jbassar meta l-Coronavirus ser jgħib għax anke jekk tinstab it-tilqima jkun jeħtieġ xogħol qawwi biex ikun ikkontrollat il-virus. Il-WHO ħabbret li ser twaqqaf fondazzjoni biex jinstabu aktar fondi biex tissaħħaħ is-saħħa pubblika. Jidher li din hija reazzjoni għal Donald Trump meta qal li jekk l-Organizzazzjoni ma tgħaddix minn riforma fi żmien 30 ġurnata jaqta’ l-ikbar kontribuzzjoni finanzjarja li għandha l-organizzazzjoni.

Intant, fil-Korea t’Isfel kellhom jingħalqu mitejn skola wara li l-każi ta’ Coronavirus reġgħu bdew telgħin. Wara li l-ħaddiema reġgħu lura lejn il-post tax-xogħol f’kumpanija wahda matul din il-ġimgħa kien hemm 82 infezzjoni. Il-kumpanija tħaddem aktar minn 4,000 ħaddiem li kollha kienu ttestjati għall-Coronavirus.

Fil-Brażil irrapurtati rekord ta’ kważi 27,000 każ ġdid. Bl-epiċentru tal-COVID-19 issa jidher li huwa l-Amerka t’isfel, il-Brażil huwa l-iktar milqut. Anke r-Russja irrapurtat żieda fl-infezzjonijiet b’Moska tkompli żżid fin-numru ta’ każi ta’ COVID-19 u taġġusta n-numru ta’ mwiet f’April għall-1,561 u mhux ta’ 639 kif irrappurtat qabel l-awtoritajiet f’Moska. Madwar id-dinja l-każi ta’ COVID-19 issa kważi laħqu s-sitt miljuni, mietu 360,000 u fiequ ftit inqas minn żewġ miljuni.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Persuni li kienu qed isuqu minn ġo triq li taqsam foresta f’Bacau, fir-Rumanija, lemħu ors fil-ġenb tat-triq. Mara li kienet passiġġiera f’waħda mill-karozzi ddeċidiet li tinżel mill-vettura u tersaq qrib…

COVID-19

L-awtoritajiet Awstraljani fit-tieni l-aktar stat popolat, Victoria, qed jagħmlu minn kollox sabiex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. L-istat premier Daniel Andrews ħabbar li mat-3,000 familja f’akkomodazzjoni tal-Gvern mifruxa f’disa’ torrijiet għoljin, se…

Barranin

Sittax-il persuna hu maħsub li mietu u disa’ oħra huma rrappurtati nieqsa wara xita qalila fil-gżira Ġappuniża ta’ Kyushu, li kkawżat għargħar u valangi tat-tajn. Erbatax mill-vittmi nstabu f’residenza għall-anzjani…

Aktar