COVID-19
Il-WHO twissi li l-COVID-19 tista’ tiggrava

Id-Direttur Ġenerali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, il-WHO, Dr Tedros Adhanom Ghebreyesus qal li l-pandemija tal-Covid-19 se tkompli tiggrava jekk il-gvernijiet mhux se jieħdu iktar azzjoni deċiżiva f’pajjiżhom biex jikkontrollaw l-imxija.

Adhanom Ghebreyesus qal li hemm wisq pajjiżi li qegħdin fid-direzzjoni l-ħażina u li għalhekk il-każijiet tagħhom splodew, għaliex ma ħadux il-miżuri kif kienu mitluba li jagħmlu. L-Amerika hija l-epiċentru tal-pandemija bħalissa, fejn fl-Istati Uniti biss hemm kkonfermati 3.3 miljun każ, u mietu 135,000.

Il-Who qalet li biex il-pandemija tigi kkontrollata, il-miżuri li tant ilhom jippritkaw dwarhom, dik ta’ distanza soċjali, ħasil tal-idejn, u lbies tal-maskri trid tittieħed bis-serjetà.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-awtoritajiet tas-saħħa llum ħabbru numru rekord ta’ każijiet, dak ta’ 72. Dan huwa l-ogħla numru ta’ każijiet sa mill-bidu tal-pandemija mill-bidu ta’ Marzu lil hawn. L-għadd ta’ testijiet kien it-tieni…

Barranin

Eluf ta’ Ingliżi li kienu Franza fuq btala qatgħu l-btala tagħhom ħesrem u reġgħu lura l-Ingilterra fi sforz biex jevitaw il-miżuri ta’ kwarantina li l-Gvern Ingliż impona fuq kull min…

COVID-19

Ftit aktar minn 100 persuna ġew immultati talli fl-aħħar ġimgħa nqabdu mingħajr maskra f’ħames postijiet fejn hu obbligat li tintlibes fosthom fuq tal-linja u fil-ħwienet. Il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-maskra…

Aktar