Saħħa
Il-WHO wissiet li l-virus jista’ jasal fil-pajjiżi kollha tad-dinja

L-għaqda Dinija tas-saħħa wissiet li l-virus jista’ jasal fil-pajjiżi kollha tad-dinja. Is-Supretendent tas-saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li waqt li żidedu l-ammont ta’ swabs li ttieħdu fl-aħħar sigħat ta’ nies b’sintomi tal-virus, s’issa l-ebda perusna ma rriżulta pożittiv. Aktar pajjiżi qalu li għandhom każijiet ta’ Coronavirus, waqt li l-Ġappun ħabbar il-mewt ta’ Ingliż li rriżulta pożittiv għall-virus waqt li kien fuq il-cruiseliner Diamond Princess.

Il-Coronavirus qed jolqot ħażin is-swieq finanzjarji madwar id-dinja tant li din kienet l-agħar ġimgħa mill-kriżi finanzjarja tal-2008.

Kważi xahrejn mindu feġġew l-ewwel każi ta’ Coronavirus f’Wuhan fiċ-Ċina, il-firxa dejjem tiżdied tal-virus madwar id-dinja qed taffetwa l-ekonomija dinjija bil-biża’ li ħafna pajjiżi ser jidħlu f’reċessjoni.

Ma sbieħ il-jum, l-indiċijiet ta’ diversi swieq finanzjarji madwar id-dinja tbaxxew tant li kienet meqjusa bħala l-agħar ġimgħa mill-kriżi ekonomika tal-2008. L-analista finanzjarju Steve Ellul qal lil TVM, li l-inċertezza li qed tħalli l-coronavirus qed twassal għal stat ta’ ansjetà fis-swieq finanzjarji globali.

”Il-waqat li qed naraw fis-swieq bħalissa huma simili ħafna għal sitwazzjoni ta’ kriżi. Rajna waqat bħal dawn meta rajna sitwazzjoni prekarja ġewwa l-Ewropa bil-munita ewro.”

Fl-imgħoddi kien jingħad li jekk tgħatas l-Amerika timrad l-Ewropa. Issa anke jekk tgħatas iċ-Ċina kif ġara din id-darba timrad id-dinja..

”L-għeluq ta’ borders bejn pajjiżi differneti, kanċellazzjoni jew nuqqas ta’ attivitajiet tal-massa li jolqtu l-ekonomiji u anke il-profitt ta’ ċerti kumpaniji. Dawn huma l-affarijiet li qed jaffettwaw u jżidu l-biża’ fis-swieq finanzjarji.”

Dwar l-Italja, is-Sur Ellul qal li ekonomikament il-pajjiż kien diġà fiż-żona l-ħamra, u l-Coronavirus kompla tefa’ l-melħ fuq il-ferità, bit-tramuntana tal-Italja tinsab wieqfa.

L-analista finanzjarju qal li b’differenza mis-swieq internazzjonali, Malta s’issa ftit li xejn kellha impatt ekonomiku għalkemm it-turiżmu jista’ jkun li l-ewwel li jħoss l-effetti.

”It-turiżmu hu industrija importanti u jekk ikollok ħafna pajjiżi li jnaqqsu l-vjaġġi, u jekk il-coronavirus isir pandemija globali, ikollok industriji bħat-turiżmu li jiġu affettwati.”

Il-Kamra tal-Kummerċ fi stqarrija qalet li s-saħħa tal-ħaddiema hi priorità assoluta iżda saħqet li l-effetti negattivi fuq in-negozji u l-postijiet tax-xogħol jinħtieġ li jitrażżnu. Fl-istqarrija, il-kamra tal-kummerċ appellat lill-awtoritajiet biex jibdew konsultazzjoni urġenti dwar il-materji kollha relatati mal-virus u biex ma jitħalliex ħafna żmien jgħaddi.

Il-General Workers’ Union qalet li kitbet liċ-Chairperson tal-MCESD biex tissejjaħ laqgħa urġenti tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku biex is-sħab soċjali flimkien mal-Gvern jiddiskutu l-aħħar żviluppi.

Intant, fi stqarrija il-Gvern qal li fil-ġimgħat li għaddew saru tħejjijiet Malta tkun preparata għal kull sitwazzjoni li tista’ tinqala.

Intqal li nħatar kumitat strateġiku tal-kabinett immexxi mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fejn se jkunu diskussi deċiżjonijiet li jridu jittieħdu minn żmien għal ieħor fuq pariri mediċi mill-esperti tas-saħħa/ Inħatar ukoll kumitat ieħor operazzjonali mmexxi mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar fejn inġabru rappreżentanti ta’ diversi ministeri u entitajiet biex jitħejja pjan bil-fażijiet differenti ta’ kull ċirkostanza.

Il-gvern irrimarka li l-imsieħba soċjali se jkunu involuti f’din il-ħidma u diġà ġew mgħarrfa li se ssir laqgħa magħhom matul il-ġimgħa d-dieħla. Kompla li jaqbel mal-Kamra tal-Kummerċ li din is-sitwazzjoni, f’kull eventwalità tagħha, teħtieġ attitudni ta’ kalma u sens komun.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Koppja Maltija li tinsab abbord cruise fil-Mediterran għamlet appell imqanqal lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ma titħalliex tinżel Malta. Marthese Bonello u Joseph Mercieca kitbu ittra pubblika…

Qorti

Tneħħew l-ispejjeż tal-qorti għal persuni li fil-ġranet u fil-ħinijiet normali tax-xogħol jitolbu li jinfetaħ ir-reġistru tal-qorti biex jippreżentaw rikorsi urġenti fir-reġistru tal-Qorti. Dan sar b’avviż legali minħabba li r-reġistru tal-qorti…

COVID-19

Ma nstab ħadd jikser il-kwarantina obbligatorja waqt l-425 spezzjoni li saru fl-aħħar sigħat madwar Malta u Għawdex, bl-appell jittenna biex kulħadd jibqa’ responsabbli u jikkopera mad-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet. Madanakollu 4…

Lokali

Wara riformi li saru inkluż tisħiħ tar-riżorsi umani fil-FIAU skont ir-rakkomandazzjonijiet, tal-Money u tal-Awtorità Bankarja Ewropea l-Aġenzija li tgħasses fuq il-ħasil tal-flus, kellha żieda qawwija f’rapporti dwar transazzjonijiet finanzjarji suspettużi….

Aktar